COVID-19
Ħaddiem tal-Playmobil għandu l-Covid-19 – ittieħdu l-prekawzjonijiet

TVM jista’ jiżvela li raġel Malti li jaħdem fil-fabbrika Playmobil ittestja pożittiv għall-Covid-19 nhar is-Sibt li għadda, wara li l-Ġimgħa kien daħal għax-xogħol.

F’memo intern mibgħut lill-impjegati kollha, it-tmexxija tal-kumpanija qalet li l-impjegat ma kellux sintomi fuq il-post tax-xogħol, u li dawn bdew diversi sigħat wara li telaq.

Qalet li huwa kien qed jaħdem f’żona segregata fl-Injection Department, u wara li sar contact tracing mill-awtoritajiet tas-saħħa, ġie determinat li ħadd iktar fuq il-post tax-xogħol ma kien espost, iżda bħala prekawzjoni, impjegat wieħed tpoġġa taħt kwarantina.

Żiedet li kienet iffumigat il-post fejn kien qed jaħdem dan l-impjegat, kif ukoll it-toilets u postijiet oħra li seta’ ffrekwenta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Solidarjetà

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn….

Aktar