COVID-19
Ħaddiem tas-saħħa fiċ-ċentri tat-testijiet tal-Covid-19 pożittiv għall-virus

Mir-riżultati pożittivi għall-COVID-19 li ħarġu mit-testijiet li saru lbieraħ, irriżulta test pożittiv f’healthcare worker li qiegħed jaħdem fil-Covid Swabbing Centres.

Fi stqarrija maħruġa mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ntqal li din il-persuna sarilha test ta’ rutina li jsir b’mod perjodiku fuq il-healthcare workers kollha. Għaldaqstant, huwa ma kellu l-ebda sintomi.

Waqt il-ħin tax-xogħol tiegħu, huwa jkun liebes ilbies protettiv, għalhekk ma hemm l-ebda riskju fuq klijenti li marru fl-Iswab Centre. Għalhekk, il-persuna probabbli ġie f’kuntatt mal-virus meta kien fil-komunità.

Bħala prekawzjoni, il-hub ġie disinfettat, u se jkun qed ikompli jilqa’ klijenti fih immedjatament.

Aħbarijiet Oħra

Fetħet illum il-votazzjoni fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista. 21,499 tesserat huma eliġibbli jivvutaw u jagħżlu bejn Adrian Delia u Bernard Grech. Il-votazzjoni qiegħda ssir f’19-il post tal-votazzjoni. Il-votazzjoni tagħlaq…

Żewġ ġuvintur jidhru li qed jippruvaw jiksbu popolarità billi jixxabtu b’mod perikoluż u ħafna drabi illegali, imbagħad itellgħu l-filmati fuq il-midja soċjali. Jidher li dawn iż-żgħażagħ għażlu lil Malta għall-aħħar…

Persuna li xtaqet tibqa’ annonima esprimiet it-tħassib tagħha wara li ġiet mgħajta biex isirlha swab test u min għamlilha t-test ma’ biddilx l-ingwanti bejn persuna u oħra. Hija qalet lil…

Il-Membru Parlamentari Ewropew (MPE) Alex Agius Saliba nħatar rapporteur fuq il-Protezzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan hekk kif il-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew iddeċieda li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja bbażat fuq…

Aktar