Kunsilli Lokali
Ħaddiema fil-komunità għal każijiet soċjali fil-Belt

Il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-Fondazzjoni Alf Mizzi daħlu fi ftehim biex il-Kunsill ikollu s-servizz ta’ communtiy workers biex tikkordina l-ħidmiet soċjali li jvarjaw minn programmi għall-anzjani sa programm għat-tfal.

Mal-1,500 persuna minn fost il-kważi 6,000 li jgħixu fil-kapitali Maltija huma anzjani, li ħafna minnhom jgħixu waħidhom. Din hija waħda mill-ħafna sfidi soċjali li jaffaċċjaw ir-residenti tal-Belt.

Konxju minn dawn l-isfidi, il-Kunsill Lokali tal-Belt daħal fi ftehim mal-Fondazzjoni Alf Mizzi, biex il-kunsill ikollu community worker. Is-Sindku tal-Belt, Alexiei Dingli spjega li l-community worker se tikkordina l-inizjattivi li jsiru fil-qasam soċjali minn għadd ta’ għaqdiet fil-Belt.

Is-Sindku tal-Belt, Alexiei Dingli  qal “permezz tagħha nistgħu wkoll noffru servizzi ġodda bħalma huma pereżempju day centres ġol-Kunsill Lokali tal-Belt. Nistgħu wkoll noffru homework club għat-tfal wara l-iskola. Nistgħu wkoll noffru servizz għall-anzjani biex dak li jkun forsi m’għandu lil ħadd li jieħu ħsiebu aħna bħala Kunsill Lokali flimkien mal-anzjani l-oħra nkunu nistgħu noffru dan is-servizz.”

Julian Sammut mill-Fondazzjoni Alf Mizzi qal li kull sena l-fondazzjoni tinvesti u tappoġġja inizjattivi ta’ dan it-tip. Huwa qal li huwa ta’ pjaċir għall-fondazzjoni li se tkun ta’ għajnuna għall-komunità Beltija.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali, Robert Cutajar qal li dan hu eżempju ċar kif il-privat jista’ jaħdem mal-Kunsilli. Dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Cutajar qal li l-Partit Nazzjonalista għamel tmenin proposta u appella lill-Gvern jilqa’ dawn il-proposti li jkopru fost oħrajn diversi aspetti soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis, qal li l-Gvern huwa miftuħ għall-ideat ta’ kulħadd biex mir-riforma jgawdu n-nies. Qal li l-Gvern irid jixpruna b’aktar responsabbiltajiet lir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqas dawk tal-Kunsilli. Qal li għalhekk qed ikun propost li kull reġjun ikollu social worker.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Għawdex

Tnieda l-proġett għall-installazzjoni tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, bil-gvern iħabbar li l-proġett se jitwettaq minn kumpanija Taljana. Il-cable il-ġdid mistenni jsaħħaħ l-infrastruttura diġitali f’Għawdex u jżid il-potenzjal…

Aktar