COVID-19
Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa meqjusa vulnerabbli jistgħu jibqgħu jaħdmu

Ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li huma meqjusa bħala vulnerabbli minħabba kundizzjoni medika jistgħu jibqgħu jaħdmu b’għażla tagħhom.

Dan qalitu s-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, meta mistoqsija minn Television Malta dwar l-avviż legali li jitratta l-ħarsien ta’ persuni vulnerabbli.

“Dawn in-nies jekk huma health care workers, għandhom jitkellmu mal-employer tagħhom, u jekk jixtiequ huma li jibqgħu jaħdmu, imma flimkien mal-employer jaraw li r-riskju għalihom ikun ħafna anqas, hemmhekk il-persuna jekk jiddeċiedi hekk hu, iva, jista’ jibqa’ jaħdem. Però d-deċiżjoni finali hija tal-individwu jekk iridx jidħol jaħdem jew le.”

Il-Professur Gauci qalet li l-liġi tippermetti persuni oħra b’kundizzjonijiet mediċi li jiġu eżentati milli jibqgħu ġewwa, bħal nies f’karigi pubbliċi jew pożizzjonijiet essenzjali, li qalet jiġu kunsidrati każ każ jekk ix-xewqa tal-individwu tkun li jrid jibqa’ jaħdem.

Ara wkoll:

Jitilgħu għal 151 il-pazjenti infettati bil-Coronavirus f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Appell għall-għaqda nazzjonali u għal aktar koperazzjoni fil-Parlament. Dan kien il-qofol tad-diskors tal-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia lejlet il-festa nazzjonali tas-Sette Giugno li se tkun ċelebrata għada. Iċ-ċerimonja annwali din is-sena…

Avjazzjoni

L-Air Malta keċċiet 69 bdot nofs il-bdoti tagħha wara li fi stqarrija ddikjarat li taħditiet mal-Union tal-Bdoti, l-ALPA, fallew. Il-union tal-piloti l-ALPA kompliet tinsisti għal skema ta’ irtirar kmieni li…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jrid politika tal-perswazjoni u mhux tal-arroganza u qal li l-partit għandu jgħaraf li fejn żbalja waqt li għandu l-obbligu li jibni fuq it-tajjeb…

Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Aktar