Kurżitajiet
Ħaddiema jsibu bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom.

Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom sforz ta’ żball, il-propju bonus kellu jkun ta’ €100.  Iżda kien hemm min ħa l-opportunità u meta sab il-flus qabad u qata’ d-dejn jew saħansitra mar jilgħabhom il-casino.

Il-kumpanija, li tinsab Charleroi, talbet lill-ħaddiema biex jirrifondu l-flus mogħtija bi żball.  Għad mhux ċar kemm mill-230 ħaddiema rċevew il-bonus, li wħud minnhom jaqilgħu mal-€1,600 fix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea l-partit tal-lemin u tax-xellug tilfu l-maġġoranza filwaqt li kien hemm żieda fl-appoġġ għall-partiti liberali, il-ħodor u n-nazzjonalisti. Minkejja dan il-partiti taċ-ċentru lemini ser…

Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Kurżitajiet

Ilbieraħ filgħaxija, vann li kien ipparkjat kemxejn ‘il barra mill-kaxxa tal-parking, wassal biex weħħel coach fi triq dejqa f’Paceville. Ix-xufier tal-coach irnexxielu jgħaddi biss bis-saħħa ta’ xi wħud li kienu…

Aktar