Barranin
Messaġġi jikxfu li ħaddiema tal-Boeing kienu jafu bid-difetti fl-ajruplani 737 Max

Messaġġi li ġew leaked lill-midja juru biċ-ċar kif ħaddiema tekniċi ta’ Boeing, kienu jafu bid-difetti dwar l-ajruplan kontroversjali tal-Boeing, is-737 Max. Dan l-ajruplan twaqqfet il-produzzjoni tiegħu wara li waqgħu żewġ ajruplani ta’ dan it-tip f’perjodu qasir ta’ żmien.

F’messaġġi li ntbagħtu bejn ħaddiema nfushom, juru li minn kważi sentejn qabel waqa’ l-ewwel ajruplan fl-Indonesja, l-istess ħaddiema qalu li ma jafdawx dan it-tip ta’ ajruplan.

Would you put your family on a Max simulator-trained aircraft? I wouldn’t.” Staqsa ħaddiem lil ieħor. L-ieħor wieġbu “no.”

F’messaġġ ieħor, persuna bagħtet lil ħbieb tagħha, “this airplane is designed by clowns who in turn are supervised by monkeys.

F’messaġġ li qed jiġi deskritt minn midja internazzjonali li l-affarjiet ma sarux sew sa minn fuq nett, ħaddiem qal li l-kumpanija Boeing pruvat iddur ma’ regoli tal-avjazzjoni biex taqbeż taħriġ li kellu jsir bilfors għall-piloti li kellhom itajru l-ajruplan. “We are going to push back very hard on this and will likely need support at the highest levels when it comes time for the final negotiation,” jgħid il-messaġġ.

Intant il-kumpanija Boeing qalet li dawn il-messaġġi huma kompletament inaċċettabbli, u li dawn il-komunikazzjonijiet ma jirriflettux dak li hi l-kumpanija.

Dawn il-messaġġi kienu ingħataw lill-Federazzjoni Amministrattiva tal-Avjazzjoni, u lill-Kungress tal-Istati Uniti x-xahar li għadda. Intant il-Boeing qed tagħmel xi tibdiliet fid-disinn tal-ajruplan li huwa maħsub li kien il-kawża tal-inċidenti fatali.

Is-sena li għaddiet, Boeing kienet ħabbret li kellha ordnati 5,011 ajruplan mingħand 79 klijent differenti.

Aħbarijiet Oħra

L-Awstralja rnexxielha tirreġistra rekord bl-inqas każijiet ta’ Covid-19 fi tlett xhur, fejn irrapportat biss 18-il każ ġdid. Fl-istat ta’ Victoria li kien meqjus bħala l-epiċentru għall-virus irreġistra biss 14-il każ…

Il-kumpannija TikTok fl-Istati Uniti qalet li ftehim bejn il-kumpannija Ċiniża u dawk Amerikani Oracle u Walmert wassal biex dan l-app tant popolari mat-tfal, żgħażagħ u anki adulti jibqa’ jopera fl-Istati…

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ġimgħa d-dieħla se jinnomina mara biex timla l-post vakanti tal-Imħallef tal-Qorti Suprema Ruth Bader Ginsburg li mietet jumejn ilu fl-età ta’ 87 sena. Ġimgħat…

Uffiċjali tal-FBI kkonfermaw li rnexxielhom jintraċċaw u jwaqqfu pakkett indirizzat lil Trump li kien mimli bil-velenu ricin. Il-pakkett kellu jasal il-White House iżda l-FBI u uffiċjali tas-Servizzi Sigrieti rnexxielhom jintebħu…

Aktar