Annimali
Ħaddiema tal-Wasteserv isibu ferħ ta’ qattus fi skip

Ħaddiema tal-Wasteserv fil-‘landfill’ tal-Magħtab li kienu qed jispezzjonaw l-iskart li ddaħħal sabu ferħ ta’ qattus ġo skip.

Kienet il-kumpanija li ħabbret dan fuq il-paġna tagħha tal-Facebook fejn qalet li tispera li huwa spiċċa hemm b’mod aċċidentali u mhux għax remih xi ħadd.

Mistoqsija jekk iċ-ċirkostanzi jurux li ntefa’ hemm, kelliema għall-Wasteserv qaltilna li sfortunatament il-qattus “ġie abbandunat” ġo l-iskip.