Lokali
Ħaddiema Torok jilmetaw li ilhom xhur ma jitħallsu

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm l-iżvilupp tal-Fortina u l-iżvilupp Shoreline f’Smart City.

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg qiegħed jinvestiga l-ilmenti tal-ħaddiema Torok tal-kumpanija tal-kostruzzjoni Torka TACA li ġiet fdata f’diversi proġetti f’Malta wara rapporti li grupp ta’ ħaddiema tagħha ilhom ix-xhur ma jirċievu paga.

Ħaddiema Torok li minkejja li ħadmu tmien xhur qed jgħidu li tħallsu biss ta’ ħames xhur xogħol. F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru Carmelo Abela li huwa responsabbli mid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali stqarr li ma jistax jelabora fuq dettalji tal-każ. Madanakollu għamila ċara li irrespettivament għan-nazzjonalità l-ebda ħaddiem m’għandu jiġi sfruttat.

“M’hemm l-ebda distinzjoni humiex Maltin jew barranin jekk qed jaħdmu f’Malta b’mod regolari kull ħaddiem għandu dritt li jkollu l-investigazzjonijiet tiegħu f’każ li jħoss li d-drittijiet tiegħu qed jiġu miksura.”

Il-Kumpanija tal-kostruzzjoni kienet ġabet mijiet ta’ ħaddiema mit-Turkija s-sena l-oħra u apparti x-xogħol kienu mwiegħda akkomodazzjoni diċenti f’Malta, konformi mal-liġijiet Maltin. Il-ħaddiema kellhom jibqgħu Malta sakemm jitlestew il-kuntratti li rebħet TACA Construction għal diversi proġetti f’pajjiżna. Il-Kumpanija kienet qalet li l-ħaddiema se jaqilgħu salarju medju ta’ €1,450, għandhom polza tal-assikurazzjoni privata għall-kura tas-saħħa, biljetti tal-ajru, akkomodazzjoni b’xejn u tliet ikliet kuljum.

Nifmhu li l-kumpanija TACA kienet ukoll rebħet il-kuntratt għall-proġett tas-City Centre tal-Grupp DB f’Paceville li għadu qed jistenna l-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar