Kurżitajiet
Ħadet ir-riedni f’idejha wara li għajjiet tistenna

Xwejħa ta’ 87 sena minn Palermo, qabdet kazzola u ftit siment biex tirranġa bankina fit-triq tagħha.

Nanna Giovanna, kif inhi magħrufa x-xwejħa fil-kwartieri  Tommaso Natale ta’ Palermo, donnha għejjiet tistenna lill-awtoritajiet jirranġaw bankina wara li din tkissret biex isiru xi xogħlijiet biex jiġi installat fibre optic cable.

Ir-ritratt tax-xwejħa inxtered fuq il-midja soċjali u kienu bosta li faħħru l-inizjattiva tal-mara. Iżda, Giovanna jaf teħel multa – għaliex il-bankina tal-Istat u mhux propjetà tagħha.

Kull min ra r-ritratt qal li x-xwejħa jistħoqilha premju għaliex bi ftit flus irnexxielha tirranġa bankina li kieku kienet tiswa lill-awtoritajiet ikkonċernati l-eluf.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Illejla tista’ terġa’ tidħol biċ-ċans li tkun rebbieħ ta’ €138 miljun jekk tieħu sehem fil-lotterija EuroMillions Superdraw.  Dan hekk kif nhar il-Ġimgħa ma kien hemm ħadd li ħareġ rebbieħ tal-jackpot….

Kurżitajiet

Fil-Portugall, arkeologi sabu vapur ta’ 400 sena mgħarraq barra l-kosta tal-Portugall, qrib il-kapitali Lisbona. Esperti qed jgħidu li din is-sejba hija l-ikbar l-iskoperta fl-aħħar għaxar snin. Ħwawar, biċċiet taċ-ċeramika, u…

Kurżitajiet

Ryan Reynolds, wieħed mill-aqwa atturi fid-dinja ta’ Hollywood, li jaħdem kemm f’films serji u kemm f’films komiċi għadu kif għamel waħda minn tiegħu. Reynolds, li huwa magħruf għas-sens tal-umoriżmu u…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Aktar