Mużika
ARA: Ħadet riskju doppju biex tagħmel pjaċir lil xi kantanti f’The X Factor Malta

Kantanta li qed tieħu sehem f’The X Factor Malta għaddiet għall-fażi li jmiss minkejja li ħadet riskju u biddlet il-kanzunetta oriġinali li kellha tieħu sehem biha fit-tieni fażi ta’ dan il-programm li wasal fl-istadju tal-Bootcamp.

Danica Muscat mhux talli ħadet riskju darba, għax biddlet il-kanzunetta li kellha tkanta Nicole Hammett, iżda talli ntalbet mill-ġurija biex terġa’ tbiddel il-kanzunetta ma’ Lyndsay Pace biex spiċċat fi grupp ma’ 3 ġuvintur oħra li kellhom il-kanzunetta Human x’jinterpretaw fil-Bootcamp.

U x’irriżulta minn dan kollu?

Minkejja l-ħin ristrett li kellha biex tħejji mat-tim ġdid tagħha Danica rnexxielha tkompli għall-fażi li jmiss ta’ The X Factor Malta, filwaqt li għalissa l-avventura ta’ Nicole u Lynsday waqfet mal-Bootcamp (sakemm fi stadju iktar tard jibqgħu ma jintgħażlux mill-ġurija għall-fażi li jmiss).

Ara x’ġara eżatt f’dawn is-siltiet mill-programm The X Factor Malta li xxandar ilbieraħ.

The X Factor Malta jixxandar il-Ħadd wara l-Aħbarijiet tat-8pm u tista’ terġa’ tara l-programmi li għaddew fuq TVMi.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Lokali

Tnieda l-ewwel sett ta’ Standards Soċjali Regolatorji mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA). Standards li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jkunu mħarsa aħjar id-drittijiet tat-tfal. Bħalissa f’Malta hawn 4…

Aktar