Kurżitajiet
Ħadet ritratt li bidlilha ħajjitha ta’ taħt fuq

Karen Anvil għamlet isem u fortuna minn ritratt li rnexxielha tieħu taż-żewġ koppji tal-familja Rjali Ingliża.

Ir-ritratt li ġibdet, tant kien tajjeb u qabad lill-koppji fil-mument, li saħansitra nbiegħ aktar minn ritratti professjonali meħudin minn fotografi ta’ esperjenza.

Karen Anvil qalet f’intervista ma’ SkyNews li qatt ma bassret li r-ritratt tagħha meħud bil-mobile se jagħmel daqshekk suċċess.

Hija qalet li bis-saħħa tar-ritratt, irnexxielha tagħmel rinnovazzjoni f’darha, issiefer għall-ewwel darba f’ħajjitha u tippermetti li tarmi s-saqqu u tbiddlu ma’ sodda ġdida u kompluta.

Irringrazzjat lill-familja Rjali minn qalbha u xtaqitilhom is-saħħa u l-kuntentizza tad-dinja kollha anke jekk bl-istorja tagħha ma jafux, bir-ritratt tagħhom Anvil setgħet ukoll taqta’ l-part-time u tiddedika aktar ħin għall-familja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Kurżitajiet

Fl-Indja, Pawan Kumar mar fl-estremità li qata’ subgħajh barra wara li ntebaħ li ħa żball meta daħal jivvota. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Kumar jispjega għaliex għandu idu nfaxxata…

Barranin

Fil-Ġermanja, twelid rari ta’ tewmin, hekk kif kien hemm differenza ta’ 3 xhur meta twieldu l-ewwel u t-tieni tarbija. Eżattament, għaddew 97 jum mit-twelid ta’ Liana u Leonie, każ li…

Aktar