Kurżitajiet
Ħadet sorpriża kerha meta qalulha xi tfisser eżatt it-tpinġija f’idha

Il-kantanta ċelebri Amerikana Ariana Grande ħadet sorpriża kerha hekk kif skopriet eżatt xi tfisser it-tpinġija li għamlet f’idha.

Il-kantanta, li għadha kif ħarġet kanzunetta ġdida, riedet tiċċelebra d-debut tas-single tagħha bi tpinġija f’idha magħmulha minn kliem Ġappuniż. Ariana Grande kien mingħaliha li t-tpinġija kienet tfisser ‘7 rings’ – it-titlu tal-kanzunetta tagħha – iżda fir-realtà dan ma kienx minnu.

Hija ntebħet bl-iżball lingwistiku meta tefgħet ritratt tat-tpinġija fuq il-midja soċjali u s-segwaċi tagħha bdew jikkummentaw bl-iżball.

Min jaf u jifhem bil-Ġappuniż kien pront biex jinduna li t-tpinġija fir-relatà tfisser ‘grilja tal-faħam’ u mhux ‘7 rings’ kif xtaqet il-kantanta.

Grande kkonslat bil-fatt li t-tpinġija se tiċċara maż-żmien għaliex għamlitha fuq il-palma t’idha.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu. Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi…

Kurżitajiet

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru. Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija…

Kurżitajiet

Il-kantanta Amerikana Ariana Grande irnexxielha tagħmilha, l-istess bħalma kienu għamlu l-Beatles 55 sena ilu. Bħalissa qed tokkupa l-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-klassifika tad-diski bi tliet kanzunetti li huma ‘7…

Kurżitajiet

Huwa maħsub li xi infermiera fi sptar f’Napli ħarrbu skoss wirdien fil-ward fejn jaħdmu biex jaqilgħu transfer. Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali minn pazjenti tal-isptar Vecchio Pellegrini juri għadd…

Aktar