Lokali
Ħadt qatgħa xħin rajtu, provajt insalvah – ir-raġel li sab lil Simon Psaila

Ir-raġel li lbieraħ sab il-katavru taż-żagħżugħ Simon Psaila esprima x-xokk kbir xħin sabu f’qiegħ il-baħar.

Fuq Facebook huwa rrakkonta li kif lemħu fil-baħar ħa azzjoni mill-ewwel biex jipprova jsalvah. B’dieqa huwa qal li kien tard wisq. Huwa ta l-kondoljanzi lil familja taż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ ttella’ mill-baħar fl-inħawi tal-Veċċa, fix-Xemxija, ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30pm. Il-katavru ntlemaħ f’qiegħ il-baħar u ttella’ l-art mill-Pulizija bl-għajnuna ta’ membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Iż-żagħżugħ li jaħdem bħala kok f’lukanda mar jitħarreġ fl-għadds qabel kellu jmur xogħol. Dwar il-mewt taż-żagħżugħ għaddejja inkjesta bil-Maġistrat.

Ara wkoll:

Simon Psaila huwa l-ġuvni li għereq fix-Xemxija

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca żvelat li sena ilu, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-emendi għal-liġi tal-IVF, hija għenet biex id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jikkonvinċi ruħu bl-argumenti tas-soċjetà ċivili kontra l-introduzzjoni tat-tqala…

Parlament

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi f’taħditiet mal-esperti tal-Moneyval fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa jemmen illi l-Gvern jasal biex jagħti riżultat tajjeb lil Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Huwa…

Parlament

Il-Parlament approva mill-ewwel qari ħames abbozzi ta’ liġi li jirriformaw l-qasam tal-Ġustizzja. L-abbozzi tressqu kollha mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u se jdaħħlu fis-seħħ proposti li saru…

Aktar