Barranin
Ħadu xokk b’dak li sabu fi stonku ta’ kelb il-baħar

Sejba xokkanti saret b’kumbinazzjoni wara li kelb il-baħar inqabad biex issir xi riċerka fuq l-ispeċi.

Fl-istonku tal-kelb il-baħar, instabet id biċ-ċurkett tat-tieġ b’kollox li ġiet ikkonfermata li tappartjeni lil turist Skoċċiż, li għeb wara li niżel jgħum fuq btala f’Reunion, gżira viċin Madagascar.

Ir-raġel ta’ 44 sena, x’aktarx miet wara li attakkah kelb il-baħar hekk kif fl-istonku ta’ tiger shark, instabet idejh, li ġiet identifikata bis-saħħa taċ-ċurkett tat-tieġ.

Ir-raġel kien qiegħed fuq btala ma’ martu f’Saint Gilles qabel ma seħħet it-traġedja.

Residenti tal-post qalu li mal-gżira hemm bosta tabelli li jwissu lit-turisti li l-baħar jaf ikun perikoluż l-għaliex mhux darba jew tnejn persuni spiċċaw attakkati minn klieb il-baħar.

Għad mhux magħruf jekk it-turist għeriqx jew ġie attakkat l-ewwel mill-ħuta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar