Stejjer Umani
“Ħaduli kollox… ma baqali xejn” – residenta fil-blokka li ġġarrfet

Mara li kienet toqgħod f’wieħed mill-appartamenti li ġġarrfu fi Gwardamangia rnexxielha ssalva minn traġedja u salvat ukoll il-ħajja ta’ residenti li joqogħdu fl-istess blokka.

Missierha, Lawrence Gauci, kiteb fuq is-siti soċjali għall-ħabta tas-2am, li bintu u żewġha ndunaw li kien qed jinżel it-trab u ħarġu mill-appartament tagħhom biex iqajmu lill-ġirien u ħarġu barra t-triq bil-pyjama.

Malli ħarġu barra l-blokka, ir-residenti raw l-appartamenti tagħhom jiġġarrfu u jsiru borġ ġebel.  Mill-filmati u ritratti li ttieħdu minn fuq il-post jidhru wkoll numru ta’ konsenturi mal-ħitan.

Is-Sur Gauci kiteb li għalkemm hija grazzja kbira li bintu u żewġha għadhom ħajjin, madanakollu spiċċaw ta’ fuqhom senduqhom.  Qal ukoll li hu qed jospitahom f’daru, iżda bintu tinsab iddisprata b’dak li ġara, tant li qaltlu “ħaduli kollox… ma baqali xejn”.

Intant, dawn il-filmati juru l-kommossjoni tar-residenti u r-rabja tal-ġirien hekk kif raw il-bini jkompli jiġġarraf wara li ħarġu fit-triq, fl-istess waqt li bdiet tasal l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Ara wkoll:

ARA: Semgħu ċaqlieq fil-bini u ħarbu lejn taraġ biex joħorġu mill-blokka

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar