COVID-19
Ħafna aktar irġiel milli nisa infettati bil-Covid-19 f’Malta

Il-Professur Gauci ikkonfermat li statistikament hemm ħafna aktar irġiel infettati mill-Covd-19 milli nisa f’Malta.

Dan hi qalitu waqt il-konferenza stampa tal-lum fejn ħabbret li hemm 14-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta li kollha ġew trasmessi lokalment.

11 minn dawn l-infettati huma rġiel ta’ etajiet varji. Il-Professur Gauci qalet li mill-14-il każ hemm 11-il raġel u tliet nisa, fosthom l-aktar persuna anzjana fost il-każi kollha s’issa li għandha 86 sena u li ġiet deskritta li tinsab fi stat ta’ saħħa tajjeb ħafna. Il-każ l-oħra huma ta’ persuni li għandhom bejn il-15 u s-70 sena.

B’kollox, il-Professur qalet li saru 656 swabs  fejn b’kollox s’issa ħarġu 227 każijiet pożittivi.

Il-pazjenti kollha jinsabu f’qagħda tajba għajr għal dak l-anzjan li qiegħed fl-ITU li għadu f’qagħda kritika.

B’kollox fl-ITU hemm 3 persuni mentri hemm 4 pazjenti f’Mater Dei, 20 pazjent fl-isptar St Thomas, 8 jinsabu għall-kura fl-isptar Boffa u pazjent ieħor jinsab f’Monte Carmeli.

https://www.facebook.com/TelevisionMalta/videos/225811891960926/

Ara wkoll:

14-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta