Barranin
Ħafna insetti qed jisparixxu mid-dinja ħlief id-dubbien u l-wirdien – dawn se jkomplu jkattru

Studju xjentifiku li ġie ppubblikat f’Biological Conservation jgħid li mal-40% tal-ispeċi ta’ insetti qegħdin jonqsu drastikament madwar id-dinja kollha.

It-tibdil fil-klima, l-agrikoltura intensiva u l-pestiċidi kollha qegħdin jikkontribwixxu għall-għibien tal-insetti minn wiċċ id-dinja.

Ir-riżultati tal-istudji qed iħasseb sew lill-esperti li lkoll jafu kemm huma kruċjali l-insetti fl-ekosistema. Xi wħud huma s-sors tal-ikel għal ħlejjaq oħra mentri oħrajn idakkru mas-75% tal-frott u ħxejjex filwaqt li jżommu l-ekosistema f’bilanċ.

Jidher ukoll li l-uniċi insetti li se jirnexxielhom ikomplu jkattru aktar flok jonqsu fin-numri huma d-dubbien u l-wirdien. Aħbar li mhux se tinżel għasel ma’ xi wħud!

L-esperti qed ibassru li 40% tal-insetti se jgħaddu minn estinzjoni u dan il-proċess qiegħed jimxi b’pass mgħaġġel minħabba l-attivitajiet tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sindku ta’ Seoul, Park Won-soon instab bla ħajja fuq il-muntanja Bukak fl-inħawi ta’ Seongbuk-gu, ftit ‘il bogħod mir-residenza tiegħu. Il-pulizija ma żvelawx biex miet iżda mhumiex qed jeskludu li dan…

Barranin

Se jiġi restawrat il-kampnar tal-Katidral tan-Notre Dame f’Pariġi, li kien inqered f’nirien li ħakmu l-binja f’April tas-sena l-oħra. Huwa se jkun restawrat skont id-disinn oriġinali Gotiku tiegħu. Din id-deċiżjoni tħabbret…

Barranin

Fl-Istati Uniti , il-Qorti Suprema ddeċidiet li l-assi finanzjarji tal-President Donald Trump jistgħu jkunu eżaminati iżda sostniet li f’każ ieħor l-informazzjoni ma tistax tingħata lill-Kungress. Trump ma jridx li jippubblika…

Barranin

Studju riċenti li sar fl-Italja, wieħed mill-pajjiżi madwar id-dinja li ntlaqat ħażin mill-Covid-19, sab li n-nisa tqal jistgħu jgħaddu l-virus lit-tarbija tagħhom fil-ġuf mis-sekonda. Il-Professur Claudio Fenizia, mill-Università ta’ Milan…

Aktar