Politika
AĠĠORNAT: Deputati Nazzjonalisti llejla ltaqgħu fid-Dar Ċentrali

Għadd imdaqqas ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista llejla dehru deħlin fid-Dar Ċentrali, għal-laqgħa li ma ssejħitx b’mod uffiċjali, kif ikkonferma kelliem tal-partit.

Iktar kmieni llum Dr Adrian Delia qali li l-ġimgħa d-dieħla se jlaqqa’ l-grupp parlamentari wara konverżazzjoni biċ-chat bejnu u bejn Yorgen Fenech li ġiet imxandra dalgħodu mill-midja.

Crew ta’ TVM jinsab quddiem id-Dar Ċentrali, fejn huwa mifhum li ġewwa hemm minn tal-anqas 16-il deputat. Iktar tard TVM seta’ jikkonferma li għal-laqgħa waslu wkoll Dr Delia u l-Viċi Kap David Agius.

TVM infurmat li għal-laqgħa daħlu Mario Demarco, Beppe Fenech Adami, Therese Comodini Cachia, Kevin Cutajar, David Thake, Claudio Grech, Ryan Callus, Claudette Buttigieg, Kristy Debono, Jason Azzopardi, Ivan Bartolo, Karl Gouder, Herman Schiavone, Chris Said u Stephen Spiteri.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar