Lokali
Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf – Kamra tal-Periti u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi

Ħafna mix-xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni jinsab wieqaf. Dan ġie konfermat kemm mill-Kamra tal-Periti kif ukoll mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Dan fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda li saru mill-Gvern dwar ix-xogħol ta’ skavar, twaqqigħ u kostruzzjoni li jmissu ma’ proprjetà ta’ ġirien.

Il-Kamra tal-Periti qalet li tat direttiva lill-Periti biex jimxu mar-regolamenti l-ġodda li fost oħrajn jesiġu li jsir dak magħruf bħala condition reports ġodda tal-proprjetajiet tal-ġirien, dikjarazzjoni tal-metodu ġdid, aġġornament tal-polza tal-assigurazzjoni mill-iżviluppaturi, u l-ħatra ta’ site technical office mill-kuntrattur, jew minn kull kuntrattur individwali fuq il-lantijiet tax-xogħol.

Il-Kamra qalet li dawn l-affarijiet ma jistgħux isiru f’24 siegħa iżda jeħtieġu diversi ġimgħat, li jinkludu l-perjodu ta’ ħmistax sabiex il-ġirien jivverifikaw, u jekk ikun il-każ, jikkontestaw il-condition reports u d-dikjarazzjonijiet ta’ metodu. Għaldaqstant qalet li sakemm dawn ir-regoli l-ġodda jiġu osservati, x-xogħlijiet huma effettivament sospiżi.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar