X

Ħaġar Qim se jkun magħluq fi tmiem din il-ġimgħa biex tissewwa t-tinda

Story Published

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq it-tinda protettiva.

F’Diċembru li għadda, din it-tinda ġarrbet xi ħsarat kawża ta’ maltemp qalil li ħakem il-gżejjer Maltin. It-tiswijiet ma setgħux isiru qabel peress li l-ħaddiema u l-materjal ma setgħux jinġiebu Malta minħabba l-għeluq tal-arjuporti madwar id-dinja.

It-Tempji tal-Imnajdra u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi se jkunu miftuħa għall-pubbliku bi prezz ridott.

Related Post