Edukazzjoni
Haileybury bi skola internazzjonali f’dak li kien sptar militari fl-Imtarfa

L-esperjenza internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni tal-istituzzjoni Haileybury kienet pedina importanti biex il-Gvern għażel lil din l-istituzzjoni biex tmexxi skola internazzjonali f’dak li kien sptar militari fl-Imtarfa. Haileybury għandha pjani ambizzjuzi u qed tittama li fi ftit aktar minn sentejn oħra, tibda toffri l-korsijiet tal-international baccalaureate. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li dal-proġett edukattiv iwieġeb għall-ħtigijiet fost oħrajn tal-investituri li jridu jagħtu edukazzjoni f’kurrikulu internazzjonali lil uliedhom f’Malta.

Sa Settembru ta’ sentejn oħra, l-eks sptar militari fl-Imtarfa mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu bħala skola internazzjonali. Il-proġett ser isir minn Haileybury Malta Limited li twaqfet mill-istituzzjoni edukattiva Haileybury li għandhom esperjenza ta’ kważi 130 sena, b’kulleġġi mal-erbat irjieħ tad-dinja, fosthom l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Istati Uniti u fl-Asja.

Haileybury intgħazlu biex imexxu dal-proġett wara sejħa internazzjonali għall-offerti u l-proposta tagħhom ġiet approvata b’mod unanimu mill-Parlament.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ddeskriva dan il-pass bħala wieħed importanti għall-investituri u l-barranin li jagħżlu li jkunu jridu jagħtu programm ta’ studju rikonoxxut internazzjonalment lill-uliedhom waqt li jkunu f’Malta.

Huwa spjega li apparti l-livelli ta’ edukazzjoni primarja u sekondarja, Haileybury se jestendu l-programm ta’ edukazzjoni fil-livell ta’ kindergarten u post sekondarju.

”Jekk wieħed jara l-programm li jagħmlu huma tal-international baccalaureate jipprovdu esperjenza edukattiva li ma tiħux ħsieb l-istudji akkademiċi biss u ħiliet intelletwali imma anke l-ħiliet personali soċjali u l-isport.”

Il-Ministru Bartolo spjega li l-gvern ħares aktar lejn l-esperjenza tal-investituri milli lejn l-aspetti finanzjarji. Iċ-ċens ser jibda ħamsin elf ewro fis-sena, iżda Haileybury ser jagħmlu investiment qawwi fosthom għar-restawr tal-binja.

”Il-binja għandna bżonn li waqt li tiġi mħarsa totalment l-integrità storika ta’ arkitettura interessanti bħal dik. Irid isir ix-xogħol, hu stmat li jridu jintefqu mat-12-il miljun ewro. Il-bini jista’ jintuża biss, biss, biss għal skola internazzjonali.”

TVM hu infurmat li l-investituri qed jaħsbu fost oħrajn biex jiżviluppaw ground tal-football ħdejn il-binja tal-iskola u taħtu jkun hemm pixxina. Ma dawn, l-iskola se jkollha studios għall-mużika u żfin. Il-klabb tal-football u l-grupp tad-drama tal-Imtarfa se jitħallew jibqgħu jużaw dawn il-faċilitajiet. L-investituri mistennija jħallu ħafna spazji miftuħa madwar il-kulleġġ waqt li l-kumpless taħt l-art li fost oħrajn jinkludi tliet teatri tal-operazzjonijiet meta l-post kien sptar, se jkun protett.

Fit-tnedija tal-espressjoni ta’ interess kien intqal li l-post ser jingħata b’ċens għal 40 sena bi ħlas ta’ €50,000 għall-ewwel ħames snin u jiżdied għal €125,000 fil-ħames snin ta’ wara u jkompli jiżdied bi 8% kull sena fis-snin ta’ wara.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar