Kronaka
ARA: Jitneħħa l-periklu fi Triq il-Wied, Birkirkara

Riżultat tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, tqaċċtu numru ta’ siġar fosthom waħda l-Mosta li waqgħet fuq vettura li kienet ipparkjata u oħra f’Sant’ Anton u siġra oħra li kienet qed tikkawża periklu fi Triq il-Wied, f’Birkirkara.

Kelliema għall-pulizija qalet li f’Marsaskala waqa’ arblu tad-dawl u f’Ħ’Attard waqa’ ħajt li spiċċa fuq tliet vetturi li kienu pparkjati. Il-pulizija qalet ukoll li f’Ħal Far qrib iċ-ċentru l-miftuħ tal-immigranti, waqa’ wkoll kontejner.

Intant, il-kumpanija Gozo Channel qalet li minħabba l-maltemp, il-vapuri qed joperaw mir-rotta ta’ Kemmuna u għalhekk mistennija li jkun hemm dewmien.

Intant, fuq il-paġna tal-MRTU ttella’ ritratt ukoll ta’ arblu tad-dawl li nqasam kawża tar-riħ.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

COVID-19

Fi żmien li l-pajjiż għaddej mill-problema tal-imxija tal-COVID-19, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons. Mario Grech appella lis-saċerdoti f’Għawdex u lill-Għaqdiet Reliġjużi biex jagħtu l-offerta tagħhom sabiex jinxtara ventilator, ħalli dan jingħata lill-Awtoritajiet…

Temp

L-uffiċju Meterjoloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi mill-Grigal fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija ser tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Aktar