Lokali
Ħal Balzan ifakkar il-wasla tal-istatwa ta’ Marija Annunzjata b’pellegrinaġġ devozzjonali

Il-Komunità ta’ Ħal Balzan fakkret il-wasla tal-istatwa ta’ Marija Annunzjata fosthom b’pellegrinaġġ devozzjonali. Hu dokumentat, li l-istatwa, li saret mill-iskultur Salvatore Dimech waslet f’Ħal Balazan fit-28 ta’ Marzu 1869.

Ħal Balzan fakkar il-150 sena mindu waslet fil-lokalità x-xbieha tal-Lunzjata. L-istatwa titulari ta’ Marija Annunzjara tirrappreżenta l-ġrajja tat-tħabbira ta’ Marija mill-Anġlu Gabriel.

L-Arkanġlu San Gabriel jidher quddiem Marija għarkupptejha taċċetta li tkun omm il-Messija. Carmel Bezzina, li rriċerka dwar raħal twelidu qal li l-istatwa waslet fil-parroċċa ta’ Ħal Balzan fit-28 ta’ Marzu 1869. Żied jgħid li din l-istatwa hija xogħol Salvatroe Dimech, li skolpa wkoll l-istatwa ta’ Santa Marija tal-Mosta.

Din il-ġrajja ta’ 150 sena ilu tfakkret b’pellegrinaġġ devozzjonali bl-istatwa ta’ Marija Annunzjata.

Carmel Bezzina qal “il-Lunzjata f’Ħal Balzan hija dik li tiġborna flimkien bħala komunità. Missirijietna għażlu dan it-titolu meta twaqqfet il-parroċċa, imbagħad bnew dan it-tempju li din is-sena t-tqegħid tal-ewwel ġebla tiegħu ħa tagħlaq 350 sena. Imbagħad 150 sena ilu ġiet il-vara.”

Akkumpanjaw il-pellegrinaġġ iż-żewġ baned ta’ Ħal Balzan.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar