Infrastruttura
Ħal Tarxien japplika għal fondi Ewropej biex jirranġa l-pjazza

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, ħabbru li l-Parroċċa u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien applikaw għall-fondi Ewropej biex iwettqu proġett għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u l-pavimentar taz-zuntier.

Il-Ministru Borg qal li l-Gvern qed iwettaq politika li permezz tagħha qed jagħti lill-poplu l-infrastruttura li tixraqlu. Qal li diġa twettqu diversi proġetti, fosthom il-ġonna f’Birkirkara, Ħad Dingli u Ħaż-Żabbar u l-proġetti tal-ispazji miftuħa fl-Imtarfa u se jsiru proġetti fil-Park Nazzjonali ta’ 450,000 metru kwadru f’Ta’ Qali.

Qal li l-Parroċċa u l-Kunsill Lokali se jkunu qegħdin japplikaw għal fondi mid-Development Planning Fund għar-rijabilitazzjoni u t-tisbiħ taz-zuntier u tal-pjazza, filwaqt li qed issir ħidma simili fuq iz-zuntier taż-Żejtun b’investiment ta’ €300,000 u fuq iz-zuntier tal-Mellieħa b’investiment ta’ €45,000.

Huwa ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali oħrajn jieħdu l-eżempju ta’ din il-lokalità sabiex japplikaw u jibbenefikaw minn din l-iskema li hija intenzjonata li tgħin lill-Kunsilli jsebbħu l-lokalitajiet tagħhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar