Reliġjon
Ħames djakni ġodda – tgħanniqa speċjali bejn missier u iben

Sena qabel jiġu ordnati saċerdoti, ħames seminaristi ġew ordnati djakni fil-jum dinji li l-knisja tiddedika għall-vokazzjonijiet. Wieħed mid-djakni hu armel, missier ta’ tlieta u għandu ħamsa u sittin sena. Kien għalliem ta’ wieħed miż-żgħażagħ l-oħra li saru djakni.

Fil-quddiesa, l-Arċisqof saħaq fuq l-irwol tad-djaknu bħala qaddej.

Tgħanniqa sinċiera bejn missier u iben, immarkat mument speċjali għal Tony Pace fil-jum li fih ġie ordnat djaknu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Ibnu, David, qed iħejji wkoll biex ikun saċerdot mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. David għen lil missieru jilbes l-abiti sagri assoċċjati mad-Djakonat. Preżenti għall-ordinazzjoni żewġt ulied oħra ta’ Tony: Pauline u Deborah. Tony Pace beda l-mixja għas-saċerdozju wara li romol.

Tony kien fost ħames seminaristi, li fil-jum dinji ta’ talb għall-vokazzjonijiet, għamlu pass ieħor qrib is-saċerdozju. Bħalu, l-Arċisqof ordna bħala djakni lil Osmar Baldacchino, David Borg, Christopher Bugeja u Jonathan Debattista.

Fl-omelija, l-Arċisqof qal lid-djakni l-ġodda li jridu jiftħu widnejhom qabel jitkellmu f’isem il-Mulej għax illum huma ngħataw il-qawwa li jipprietkaw f’ismu. Appellalhom biex ikunu għexu l-Evanġelju, qabel iħabbruh.

L-Arċisqof qal li jkun qed jinganna lid-djakni jekk iwiegħdhom ħajja bla xkiel u bla taħbit. Wegħedhom iżda l-ferħ tal-Ispirtu s-Santu.

Il-kelma bil-grieg “diakonos”, tfisser “qaddej”. Id-djaknu jassisti fiċ-ċelebrazzjonijiet fil-knisja, l-aktar l-Ewkaristija, u jistgħu jamministraw is-Sagrament tal-Magħmudija, jassistu għaż-żwieġ u jbierku, jxandru l-Evangelju u jipprietkawh, u jmexxu funerali.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar