Ħames inċidenti fatali fl-ewwel kwart tas-sena

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, naqsu l-inċidenti tat-traffiku rrapportati iżda żdiedu l-korrimenti u l-imwiet.

Bejn Jannar u Marzu kienu rapportati 3,244 inċident tat-traffiku li jirrappreżentaw tnaqqis ta’ 4.6% fl-għadd ta’ inċidenti rrapportati fl-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Madankollu żdiedu l-inċidenti li fihom kien hemm korrimenti: 380 fi tliet xhur. Kien hemm ħames persuni li tilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku, tnejn aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra. Tlieta mill-mejta kienu sewwieqa, bit-tnejn l-oħra kienu persuni għaddejjin fit-triq. L-akbar għadd ta’ incidenti b’korrimenti seħħew fil-ġurnata tal-Ħadd, bi kważi wieħed minn kull ħamsa, waqt li l-akbar għadd ta’ inċidenti seħħew fil-jum tal-Ġimgħa.

Birkirkara hi l-lokalita’ fejn seħħew l-akbar għadd ta’ inċidenti tat-traffiku, warajha l-Marsa u Ħal Qormi.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Annimali

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra. Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti…

Aktar