Ħames partiti japplikaw għar-reġistrazzjoni – tal-PL ikollha tistenna

Il-Kummissjoni Elettorali qiegħda fil-proċess biex tapprova erbgħa mill-ħames applikazzjonijiet li rċeviet sa issa biex tirreġistra l-partiti politiċi skont il-poteri ġodda li ngħatat bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti. S’issa ġie rreġistrat partit minnhom.

Il-Moviment Patrijotti Malti sar l-ewwel partit li ġie formalment irreġistrat bħala partit politiku f’Malta skont il-liġi l-ġdida tal-finanzjament tal-partiti li permezz tagħha l-partiti politiċi jridu jiġu rreġistrati mill-Kummissjoni Elettorali.

tvm.com.mt huwa infurmat li s’issa l-Kummissjoni rċeviet ħames talbiet għar-reġistrazzjoni ta’ partiti.

Sorsi infurmati qrib il-Kummissjoni qalu li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni mistennija tiffinalizza l-proċess biex ikunu rreġistrati wkoll il-Partit Nazzjonalista, l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku.

Jidher li l-applikazzjoni tal-Partit Laburista ltaqgħet ma’ intopp u għalissa mhux ser ikun irreġistrat sakemm il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista kmieni s-sena d-dieħla tagħmel emenda fl-istatut biex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-liġi biex ikun irreġistrat.

Kelliem għall-Partit Laburista qal li din t-teknikalità ser tkun riżolta bl-emendi li ser jiġu approvati fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Bl-emendi mitluba mil-liġi ser ikun stipulat x’jiġri mill-assi tal-partit f’każ li dan ixolji.

Sorsi qrib il-Kummissjoni Elettorali qalu lil tvm.com.mt li l-Kummissjoni kellha parir legali biex il-Partit Laburista jkun irreġistrat f’dan l-istadju bil-kundizzjoni li jagħmel l-emendi meħtieġa fl-istatut. Madankollu l-Kummissjoni jidher li ma qablitx mal-parir legali u ddeċidiet li tistenna li jsiru l-emendi qabel tikkonkludi l-proċess tar-reġistrazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Aktar