Barranin
Ħames passiġġieri jmutu fi kraxx ta’ ħelikopter – il-bdot jirnexxielu jsalva

Ħames persuni mietu meta ħelikopter iġġarraf fi xmara fi New York, fl-Istati Uniti.  Il-vittmi li mietu kienu fost il-passiġġieri li kienu qed jivjaġġaw bil-ħelikopter.

Tlieta minnhom mietu l-isptar li ttieħdu għall-kura minħabba l-qagħda kritika li kienu jinsabu fiha wara li salvaw mill-inċident.  Il-bdot irnexxielu jsalva u ġie salvat.  Huwa ttieħed l-isptar għall-osservazzjoni.  Jidher li meta kien itir minn fuq East River, il-bdot talab għall-għajnuna lil ajruport LaGuardia u nstema’ jgħid li l-ħelikopter ġarrab ħsara fil-magna.

Il-ħelikopter tal-kumpanija Liberty Helicopters inkera għal sessjoni privata ta’ fotografija.  Kien meqjus bħala wieħed mill-flotta ta’ 10  ħelikopters state-of-the-art tal-kumpanija li jintużaw għal titjiriet panoramiċi tal-belt ta’ New York li kienu ilhom jintużaw għal iktar minn 30 sena.

Dan huwa t-tielet kraxx ta’ ħelikopter ta’ din il-kumpanija fi 11-il sena.  L-aħħar inċident kien seħħ f’Awwissu tal-2009 li fih mietu disa’ persuni wara ħabta bejn ħelikopter u ajruplan żgħir privat fuq ix-xmara Hudson.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar