Barranin
Ħames persuni midruba fi sparatura fl-Istati Uniti – it-tielet każ f’24 siegħa

Ħames persuni ndarbu u ttieħdu l-isptar wara li ntlaqtu b’tiri fi sparatura li seħħet quddiem ħanut tax-xorb fi Shreveport, Louisiana.

Dan il-każ, li seħħ ilbieraħ filgħaxija, huwa t-tielet każ ta’ sparaturi rrapportat fi żmien 24 siegħa fl-Istati Uniti.

Jidher li meta seħħew l-isparaturi kien hemm pulizija fil-viċinanzi li ssejħu minħabba konġestjoni ta’ traffiku.  Qed ikun irrapportat li wieħed mill-vittmi sofra minn tir f’rasu u oħrajn minn ġrieħi kawża tat-tiri.

Aktar kmieni lbieraħ tliet persuni nqatlu f’Texas u tlieta oħra f’bar f’Kenosha County, Wisconsin.

Dawn il-każijiet qed iżidu l-pressjoni li hemm bħalissa fl-Istati Uniti sabiex jiġi kkontrollat l-użu tal-armi tan-nar.

Ara wkoll:

Biden jiddeskrivi l-vjolenza bl-armi fl-Istati Uniti bħala epidemija u qal li timbarazza lill-pajjiż