Lokali
Ħames skejjel ippremjati tal-ħidma tagħhom fin-natura

Ħames skejjel sekondarji ġew ippremjati talli ressqu liż-żgħażagħ lejn in-natura.

BirdLife Malta qalet li l-iskejjel ġew ippremjati għall-kisbiet tagħhom tul l-aħħar sena skolastika fi ħdan il-programm Dinja Waħda, programm nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni ambjentali. Dan il-programm huwa mħaddem mill-BirdLife  Malta b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Edukazzjoni.

Id-‘Dinja Waħda Secondary Sustainability Awards’ kienu ppreżentati dalgħodu waqt ċerimonja li saret fiċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni Sekondarja Guardian Angel (Kulleġġ San Ġorġ Preca) fil-Ħamrun mill-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana.

Matul iċ-ċerimonja ta’ dalgħodu, b’kollox tqassmu disa’ awards bejn ħames skejjel li ħadu sehem fil-programm pilota Dinja Waħda fis-sekondarja.

L-Iskola Medja tal-Blata l-Bajda, Kulleġġ San Ġorġ Preca kisbet suċċess fit-tliet kategoriji u rebħet id-deheb għall-kisbiet tagħha fil-kategorija ‘Action for Biodiversity’, fidda fil-kategorija ‘Outreach for Awareness’ u bronż fil-kategorija ‘Connecting with Nature’.

Id-Dun Manwel Attard Young Adult Education Resource Centre tal-Wardija, Kulleġġ Marija Reġina rebaħ żewġ awards f’żewġ kategoriji: deheb fil-kategorija ‘Connecting with Nature’ u fidda fl-‘Action for Biodiversity’ filwaqt li l-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli, Kulleġġ San Nikola rebħet il-bronż f’żewġ kategoriji: fit-taqsima ‘Action for Biodiversity’ u fit-taqsima ‘Outreach for Awareness’.

Finalment, l-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel, Kulleġġ Santa Tereża ngħatat l-award tad-deheb fil-kategorija ‘Action for Biodiversity’ filwaqt li ċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni Sekondarja Guardian Angel fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca rebaħ l-unur tal-bronż fil-kategorija ‘Connecting with Nature’.

L-attività serviet ukoll biex ġie mniedi l-programm Dinja Waħda Secondary għas-sena skolastika l-ġdida 2017-18.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tlett ijiem wara li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ nfurzar f’razzett f’Ħal Qormi fejn 110 immigranti legali instabu jgħixu f’dak li suppost kien razzett tal-baqar, crew minn TVM reġa’ żar…

Knisja Maltija

Il-kariżma, it-taħdidiet u l-omeliji ta’ Monsinjur Victor Grech baqgħu jiġbdu l-ammirazzjoni tal-ħafna li jfittxu li jsegwu l-quddies tiegħu. Wara li serva bħala direttur tal-Caritas għal kważi 40 sena, illum għadu…

Lokali

Sitt personalitajiet televiżivi jinsabu fi triqithom lejn l-Indja bħala parti mill-programm il-Proġett fuq TVM, biex jgħinu fil-bini ta’ istitut tat-tfal. Uħud mill-personalitajiet li nafuhom għall-komiċità fuq it-televiżjoni, fosthom Ġorġ tad-Doughnuts…

Kronaka

Turist, Ġermaniż ta’ 68 sena li kien qed jgħum barra l-għar tad-Dwejra Għawdex instab mejjet wara li sab diffikultà fil-baħar. TVM huwa infurmat li l-inċident seħħ ftit wara l-5pm. Kien…

Aktar