Ambjent
Ħanfusa tagħmel ħsara fis-siġar taċ-Ċawsli

Ħanfusa li daħlet Malta snin ilu qerdet numru ta’ siġar taċ-ċawsli iżda d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Pjani jinsab għaddej b’ħidma kontinwa biex din il-ħanfusa tkun kontrollata kemm jista’ jkunu. Tony Dimech iltaqa’ ma’ ufficjali tad-Direttora tal-Harsien tal-Pjani u hejja dan is-servizz.

Il-ħsara li qed issir lis-siġar taċ-Ċawsli minn ħanfusa li daħlet Malta mill-Afrika qed tkun indirizzata permezz ta’ miżuri li d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Pjanti qed jissuġġerixxi u jgħin fl-implimentazzjoni. Fiż-Żejtun hemm aktar minn 100 minn dawn is-siġar li mill-anqas 19 minnhom mietu minħabba li kienu attakkati minn din il-ħanfusa filwaqt li s-siġar l-oħra jinsabu għaddejjin minn trattament biex kemm jista’ tkun tiġi limitata l-attività qerrieda tal-ħanfusa. Din il-ħanfusa daħlet Malta xi 18-il sena ilu u meta tbid fis-siġra, il-ħanfus jiekol l-intern tas-siġra bil-konsegwenza li l-ilma ma jasalx fiz-zkuk u l-weraq biex din tibda tmut bil-mod il-mod. Kif il-ħanfusa ttemm l-attività tagħha toħroġ mis-siġra biex tfittex siġra oħra. L-indikazzjonijiet li s-siġra hija attakkata mill-ħanfusa huma frakk tal-injam li jkun jidher fuq iz-zkuk, bħal dmugħ ta’ kulur skur li joħroġ mis-siġra u anke toqob fis-siġra kollha li jsiru mill-ħanfusa biex din tħalli s-siġra u temigra għall-siġra oħra.

Andrè Sciberras, uffiċjal xjentifiku qal li “aħna tajna pariri kif wieħed jikkontrollah lil dan l-insett, ovvjament jista’ jbixx biex meta tbid il-ħanfusa toqtol id-dud u ma jinxteridx u ma jbidx fiz-zokk u jgħawwar ġewwa. Bħala sintomi wieħed jara ċ-ċana u għandu juża l-insettiċida u anke jdaħħal xi wire fit-toqob u jipprova jeqred l-arfa. Eventwalment meta s-siġra tiġi infettata ħafna trid taqtagħha u taħraqha”.

Wara pressjoni li saret mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun u anke mill-Għaqda Wirt iż-Żejtun is-siġar li hemm bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun li tħawlu mill-Ingliżi għexieren ta’ snin ilu ser ikomplu għaddejjin minn trattament biex kemm jista’ jkunu meħlusa milli jiġu attakkati minn din il-ħanfusa.

Fiona Grech, Uffiċjal Prinċipali għall-Agrikultura qalet li “għas-siġar taċ-Ċawsli li hemm fiż-Żejtun kien ingħata parir li jiġu trattati s-siġar li jistgħu jiġu salvati, ovvjament dawk li għandhom infestazzjoni qawwija u jidhru li kienu mejta, tajna parir biex jinqalgħu u jinħarqu għaliex meta qed taqla’ dawk li huma infettati qed tippreveni milli jinfirex aktar l-insett. Dawk li għadhom ħajjin qed ikollna komunikazzjoni man-nies li qed jagħmlu x-xogħol fejn iggwidajniehom dwar il-bexx u l-frekwenza u anke bħala żbir tal-partijiet infettati biex titnaqqas l-infestazzjoni.

Is-Sinjura Grech qalet li x-xogħol tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Pjanti huwa li janalizza l-kondizzjonijiet tal-pjani u jagħti pariri kif għandhom jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex il-mard jitfejjaq.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Lokali

Charlot Gauci qed jinżamm arrestat wara li nħarġet ordni tal-Qorti. Fl-4 ta’ Ottubru, il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Gauci wara li l-Qorti ordnat l-arrest tiegħu. Hu qed jinżamm arrestat…

Aktar