Barranin
Ħanut f’Auckland xandar il-pornografija fit-triq wara li ġie ‘hacked’

Ħanut fi New Zealand spiċċa jxandar films pornografiċi għal sigħat sħaħ wara li allegatament ġie ‘hacked’.

Il-ħanut tad-ditta Asics, f’Auckland, talab apoloġija wara li screen kbira mwaħħla mal-faċċata tal-ħanut xandret il-pornografija.

Kien irrappurtati li l-filmati baqgħu għaddejjin għal 9 sigħat minn matul il-lejl sa tard filgħodu, u twaqqfu biss meta l-ħaddiema daħlu għall-jum tax-xogħol fl-10.00am.