
12-il ġurnata biss wara li safa’ misruq, l-istess ħanut tal-ħwejjeġ li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp, fil-Ħamrun, mill-ġdid misruq.
Sid il-ħanut qal lil TVM li għall-ħabta tas-2am ġew infurmati li l-bieb tal-ħġieġ jinsab imkisser u kien hemm xi taqlib ġewwa. Kien biss tmint ijiem ilu, qalilna sid il-ħanut li rranġa l-bieb tal-ħġieġ wara l-aħħar serqa li saret fid-9 ta’ Settembru, wara li għamel xi żmien mgħotti bl-injam.
Din hi r-raba’ darba f’ħames xhur – u t-tieni darba dan ix-xahar – li dan il-ħanut kien fil-mira tal-ħallelin.
L-istess ħanut kien fil-mira tal-ħallelin fil-11 ta’ April u fl-14 ta’ April.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun qed jinvestigaw.



Ara wkoll:
Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…
Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…
Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…
Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…