Lokali
‘Ħaqqek tiġi stuprata bla ħniena’ – tirċievi theddid għax tidentifika bħala Trans

Raquel Richards fuq il-midja soċjali xerrdet il-messaġġi ta’ theddid li rċeviet mingħand persuna li ma tafx minn Adam.

Kif jixhdu l-messaġġi, Richards ġiet mhedda minħabba li tidentifika bħala persuna Trans.

Kienu bosta li kkundannaw dan it-theddid u l-atteġġjament tal-persuna u taw l-appoġġ kollu tagħhom lil Richards.

Fuq il-midja soċjali stess, Richards qalet li mhux se tħalli kummenti u persuni bħal dawn iġegħluha tħossha inferjuri l-għaliex hija tinsab kuntenta biha nnifisha u tinsab f’paċi ma’ kulħadd. Minkejja dan, riedet ixxerred din l-esperjenza biex turi li sfortunatament għad hawn l-omofobija u l-mibgħeda fis-soċjetà Maltija.

Din mhux l-ewwel darba li Richards kellha taffaċċja sitwazzjonijiet bħal dawn.

Ara wkoll:

Marret tixtri l-pastizzi iżda minflok laqqtet tgħajjira u daqqa ta’ ponn

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Aktar