Ħarab mill-armata Ingliża biex jingħaqad fil-ġlieda kontra l-ISIS fl-Iraq

Mingħalihom li mar fuq btala Dubai sakemm irċevew messaġġ biex jinfurmahom li kien telaq mill-bażi tal-armata Ingliża biex jiġġieled mal-Kurdi fil-gwerra kontra l-Militanti Iżlamiċi tal-IS. Il-ġenituri ta’ suldat Ingliż ta’ 19-il sena nħasdu bl-aħbar ta’ binhom meta dan għarrafhom li kien vjaġġa lejn l-Iraq għax xtaq li jgħin lill-Kurdi fil-ġlieda kontra l-estremisti.

Is-suldat ta’ 19-il sena, li kien ilu mal-armata sa minn meta kellu 16-il sena,  qed jaħseb li se jqatta’ minn tal-anqas sena fir-reġjun. Iżda uffiċjali tal-armata Ingliża jgħidu li l-ġuvni jista’ jaffaċċja azzjonijiet dixxiplinarji jekk jaqbeż il-limitu tal-ġranet barra mix-xogħol.

F’messaġġ permezz tal-mobile huwa avża lill-ġenituri li se jkun qed jiġġieled mal-Kurdi fis-Sirja u l-Iraq. Huwa qal li dawn in-nies għanhom bżonn l-għajnuna ta’ suldati mħarrġa u li għalhekk ħass il-bżonn li jgħinhom permezz tal-abbiltajiet tiegħu. Filwaqt li skuża ruħu mal-ġenituri u qal li mhix faċli biex jispjegalhom għaliex għamel dak li għamel huwa assigurahom li jinsab sikur.

L-armata Ingliża qed tinvestiga l-każ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mill-inqas 10 kumpaniji Maltin intużaw minn Isabel dos Santos, l-iktar mara sinjura fl-Afrika, biex serqet mijiet ta’ miljuni ta’ dollari minn fondi pubbliċi. Minn investigazzjoni li saret mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti…

Barranin

Jidher li bosta mhux jirnexxielhom jużaw jew jaċċessaw WhatsApp hekk kif l-App qed tesprejenza xi problemi tekniċi. Il-ħsara ġiet irrapportata fost dawk li jgħixu fl-Ingilterra, l-Ewropa u l-Asja hekk kif…

Barranin

Mijiet ta’ persuni fiċ-Ċina jinsabu ma jifilħux wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ coronavirus. L-esperti qalu li mal-1,700 persuna ġew infettati bil-mikrobu u tnejn minnhom tilfu ħajjithom kawża…

Aktar