Barranin
Harry Kane biż-żieda wara s-suċċess fit-Tazza tad-Dinja

Il-plejer internazzjonali Ingliż Harry Kane qed jiċċelebra tragward ieħor f’ħajtu.  Dan hekk kif għadu kif sar missier.

Kane u l-għarusa tiegħu Kate Goodland saru ġenituri llum ta’ tifla, li se jsemmugħa Vivienne.  Din hija t-tieni wild tagħhom hekk kif f’Jannar li għadda huma kellhom tifla oħra, Ivy.

B’hekk, il-plejer Ingliż ta’ 25 sena għalaq is-sajf fuq nota tajba, wara li mexxa lit-tim nazzjonali Ingliż b’suċċess sas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja, u skorja hat-trick kontra l-Panama.

Malli kiteb din l-aħbar fuq is-siti soċjali, Kane irċieva bosta awguri mill-kollegi u partitarji tat-Tottenham Hotspur, it-tim li ffirma miegħu sal-2024.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Aktar