Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
  • This article is also available in English
Budget
Ħarsa ġenerali lejn il-Baġit 2020
Imtella' Ottubru 14, 2019 - Aġġornata 14 Ta' Ottubru, 2019 9:21pm
Rapport: Reno Bugeja

Bit-tema, Malta inkomplu nikbru flimkien, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta l-Baġitgħas-sena d-dieħla b’nefqa ta’ ħamest elef miljun ewro. Il-baġit ma fihx taxxi ġodda u fost il-miżuri li tħabbru hemm żewġ bonuses għal ħaddiema flimkien mal-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Ser tonqos ukoll ir-rata tat-taxxa fuq is-sahra u tħabbar bonus għal kull tarbija li titwieled jew tiġi adotta. Fil-baġit fost oħrajn tħabbret ukoll żieda fil-pensjonijiet.

Fit-tielet baġit ta’ din l-leġiżlatura, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €3.49 ċenteżmu fil-ġimgħa. Minbarra din iż-żieda, il-Gvern ser jagħti wkoll bonus ta’ darba ta’ €15-il ewro lil familji ta’ persuna waħda u €35 lil familji ta’ aktar minn persuna waħda biex tagħmel tajjeb għal żidiet fil-prezz tal-ħalib li s’issa ma nqabditx bis-sistema tal-COLA. Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li t-tax refund lil mitejn elf ħaddiem li għandhom dħul inqas minn sittin elf ewro fis-sena ser jerġa’ jingħata u ser ivarja bejn €40 u €68, bl-ogħla rata titħallas lil dawk li għandhom dħul baxx.

Għal darb’oħra, il-Gvern ser iżid il-pensjonijiet u mill-1 ta Jannar, il-pensjonanti ser jiżdiedu €7 fil-ġimgħa li jinkludu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Il-Ministru Scicluna qal li din hi l-ikbar żieda fil-pensjonijiet fl-aħħar 40 sena u ssegwi żidiet li ngħataw fl-aħħar ħames snin. Tħabbar li ser jibda jsir aġustament fil-pensjonijiet tal-membri tal-korpi dixxiplinati li jirtiraw wara 25 sena servizz. Ser titneħħa d-diskrepenza fil-pensjoni tar-romol bejn dawk li jaħdmu jew ma jaħdmux, li l-pensjoni tagħhom ser tiżdied b’€10 fil-ġimgħa. Tħabbar ukoll li mis-sena d-dieħla, l-anzjani li għalqu 75 sena, ser jivvjaġġaw b’xejn fuq tal-linja.

Miżura oħra li tolqot ħafna ħaddiema hija dwar is-sahra li t-taxxa fuqha ser tibda titħallas bir-rata ta’ 15% sa 100 siegħa sahra fis-sena. Din il-miżuri hija limitata għal ħaddiema li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€20,000 fis-sena u ma tgħoddx għal membri tal-management. Il-baġit jipprovdi wkoll biex tiżdied ġurnata oħra fil-leave biex tpatti għal festi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li mis-sena d-dieħla, il-Gvern ser jagħti bonus ta’ €300 ta’ darba għat-twelid ta’ kull tarbija. Dan il-bonus ser jingħata wkoll lil familji li jadottaw. Il-pensjoni tal-persuni b’diżabiltà li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jaħdmu ser tiżdied minn €150 għal €161.40 fil-ġimgħa u meta tikkunsidra li ma titħallasx il-bolla tiġi daqs il-paga minima. Il-Ministru Scicluna ħabbar li l-familji bi tfal b’mard rari ser ikunu meqjusa bħal familji bi tfal b’diżabiltà fil-ħlasijiet tal-bolla. Tħabbar ukoll li l-Gvern ser jibda jagħmel tajjeb għall-ewwel tliet ijiem tas-sick leave f’ċertu mard fosthom il-kanċer u l-fibromalagia.

Fil-qasam tal-kiri u x-xiri tal-propjetà, il-baġit tas-sena d-dieħla ser jestendi minn 150 għal 175 il-elf proprjetajiet li fuqhom ma titħallasx l-bolla mill-persuni li jkunu qed jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Dwar is-sussidji għall-kirjiet mill-privat, il-persuni ser ikunu jistgħu jingħataw sussidju jekk id-dħul tagħhom ma jiskorrix it-€32,000 fis-sena. Il-baġit fih ukoll miżuri li jgħinu persuni biex isiru sidien ta’ darhom bl-estensjoni tal-iskema tal-equity sharing li biha l-Gvern ikun lest li jislef sa €17,000 għax-xiri ta’ propjetà li titħallas lura mingħajr imgħax fi żmien 15-il sena.

Fil-baġit tħabbar pakkett sħiħ ta’ miżuri maħsuba biex jitnaqqas l-effett tat-tibdil fil-klima li jvarjaw mill-projbizzjoni tal-plastik li jintużaw darba biss sa inċentiv sa €1,000 lil familji li għandhom il-panelli tax-xemx u li l-ftehim tal-feed in tariff jiskadilhom. Il-baġit b’nefqa ta’ ħamest elef miljun ewro ma fih ebda taxxa ġdida u lanqas tnaqqis minn benefiċji oħra li ngħataw fis-snin li għaddew. Il-Gvern qed jistma li t-tkabbir ekonomiku jkun ta’ lanqas 4.3% s-sena d-dieħla. Qed jippjana wkoll li s-sena d-dieħla jerġa’ jkollu surplus ta’ 1.4% waqt li d-dejn nazzjonali ser jonqos għal 40.4% tal-prodott domestiku gross.

Tista’ terġa’ ssegwi d-diskors tal-baġit:

Share
Aħbarijiet Oħra
COVID-19
Il-PM jitkellem dwar l-importanza li tiżdied il-produzzjoni tat-tilqim kontra l-Covid-19
COVID-19
Il-MAM tappella għal aktar restrizzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa
Ġurnali analizi tal-gurnali Gazzetti
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Lokali housing
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
21/01/2021
Budget
“Fil-budget li jmiss, il-pensjoni se terġa’ tiżdied” – il-Ministru Falzon
Budget
Il-Gvern se jagħmel tajjeb għas-sick leave ta’ min jimrad bil-kanċer
Budget Budget konsultazzjoni
“Biex il-pajjiż jibqa’ jikkontrolla l-pandemija jrid jiżdied l-infurzar tar-regolamenti mill-pulizija” – PM
Budget COLA
Kemm se jkun il-kumpens għall-għoli tal-ħajja?
Budget2021 Proposti budget
L-Alleanza Kontra l-Faqar f’laqgħa mal-Prim Ministru bil-proposti tagħha qabel il-budget
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Taqta’ mix-xogħol fil-ħin liberu tiegħek?
Iċ-ċentri li fihom qed tingħata t-tilqima kontra l-COVID mistennija jirduppjaw fil-jiem li ġejjin – id-Deputat Prim Ministru
50 persuna b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti f’10 idjar li l-Aġenzija Sapport għandha fil-komunità
Il-Gvern se jixtri 109 sodod f’Dar l-Annunzjata f’Tal-Barrani
Flyover u żewġ mini flok ir-roundabout tal-Gudja b’investiment ta’ €18-il miljun
Id-Deputat Prim Ministru jagħti aġġornament dwar il-proċess tat-tilqim tal-Covid
Bdiewa se jgawdu minn aċċess aħjar għar-raba’ tagħhom – mibnija mill-ġdid 3km toroq rurali fil-Gudja
Veru li f’pajjiżna mhux illegali li tisraq l-identità ta’ ħaddieħor online?
Prodotti sostituti għall-plastik huma ogħla mill-plastik?
Trump ma bediex gwerer f’pajjiżi oħra iżda fetaħ fronti ta’ gwerer f’pajjiżu – Prof. Pace
L-eks ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għal Malta fiduċjuża li Pete Buttigieg jagħmel biċċa xogħol tajba
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back