Lokali
Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum

The Malta Independent:

L-istorja ritratt dwar l-iżviluppi ewlenin fl-elezzjonijiet presidenzjali fl-Iżrael hekk kif iż-żewġ kandidati kisbu kważi l-istess ammont ta’ voti. Il-voti miksuba miż-żewġ kandidati fl-elezzjonijiet  huma kważi l-istess hekk kif l-exit polls indikaw li l-ex kap militari tal-alleanza ċentrista, Benny Gantz, huwa pproġettat li jirbaħ bejn 32 u 34 siġġu/ Il-prim ministru Benjamin Netanyahu li jmexxi l-partit lemini tal-Likud kiseb bejn 30 u 33 siġġu/

Il-ġuri ta’ żewġ uffiċjali Taljani li se jkunu akkużati dwar l-għarqa ta’ iżjed minn mitejn immigrant Sirjan fil-ħdax ta’ Ottubru tal-2013 se jsir f’Diċembru. L-avukati ta’ dawk akkużati isostnu li Malta wettqet żbalji u bagħtet kommunikazzjoni żbaljata u kontradittorja lill-Italja waqt li żvolġiet din it-traġedja fatali.

Il-prim ministru Joseph Muscat ma jikkommettiex ruħu b’mod definit dwar hekk jippjanax li jirreżenja qabel l-elezzjonijiet li ġejjin. Jikkonferma iżda li se jippreżenta u jattwa l-budget għas-sena d-dieħla.

In-Nazzjon bl-istorja ewlenija dwar dak li l-ġurnal jiddeskrivi bħala skandlu ġdid kuljum. Il-ġurnal isemmi għadd ta’ żviluppi li fil-fehma tiegħu jixhdu stat ta’ gvern li huwa mifni b’għadd ta’ skandli li qed ifeġġu kuljum. Fosthom dak tal-Gożo Channel u l-kuntratt ta’ valur għoli għal servizz ta’ fastferry bejn iż-żewġ gżejjer, l-iskandlu tal-golden handshake b’George Spiteri jingħata eluf ta’ ewro biex jitlaq mill-MFSA u l-iskandlu ta’ James Piscopo fl-Awtorita’ tal-Artijiet.

U fl-istorja ewlenija li wkoll tingħata prominenza fl-ewwel paġna, il-Partit Nazzjonalista fil-gvern jiggarantixxi istituzzjonijiet li jaħdmu indipendenti mill-indħil tal-Gvern.

Malta Today:

Il-prim ministru Joseph Muscat jgħid li dalwaqt titnieda inkjesta pubblika dwar il-qtil u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Żewġ sewwieqa ta’ karozzi tal-linji qed ikunu akkużati li kellhom relazzjonijet sesswali ma’ minuri li kienu jsuqu lejn l-iskola u li pproduċew u kellhom fil-pussess tagħhom pornografija tat-tfal.

Fi stejjer separati, Il-prim ministru Joseph Muscat jgħid li jippjana li jippreżenta u jimplimenta l-budget għas-sena d-dieħla meta mistoqsi speċifikament dwar meta se jħalli l-kamp politiku.

U l-loan ta’ Keith Schembri lil The Times: l-uffiċjal li jaħdem fl-uffiċju tal-prim ministru jgħid li din ingħatat qabel ma beda jinvolvi ruħu fil-politika.

Times of Malta:

Fi storja ritratt, Il-prim ministru Joseph Muscat ma jweġibx domanda dwar il-futur politiku tiegħu iżda jikkonferma li se jippreżenta u jimplimenta l-budget għall-2020.

U in-nuqqas ta’ edukaturi u għalliema fl-iskejjel qed tkun deskritta bħala kriżi bil-kummissarju responsabbli għall-edukazzjoni jinvestiga l-fatturi li qed iwasslu biex mhux qed ikun biżejjed provvista’ ta’ għalliema u edukaturi għall-għadd ta’ studenti. Is-sur Charles Caruana Carabez tenna li s-sitwazzjoni ma setgħatx tkun iżjed injorata u wara li ssir analiżi bir-reqqa se jressaq rakkomdazzjonijiet li għandhom jindirizzaw l-qagħda attwali.

L-Orizzont:

Il-GWU taqbel ma’ sistema trasparenti fil-pagi u storja dwar ir-riforma fl-enerġija li tatna futur sigur/

Fl-ewwel paġna wkoll, l-istorja ritratt dwar l-eku tal-għarqa tas-Sirjani sitt snin ilu b’ Malta tiżżeffen fin-nofs.  Dwar l-għarqa ta’ 268 persuni li kienu qed jaħarbu mill-kunflitt fis-Sirja sitt snin ilu kien hemm żvolta ġdida meta imħallef f’Ruma ħareġ akkużi kontra żewġ uffiċjali Taljani. Hemm ukoll implikat l-irwol li kellha Malta fil-katina ta’ avvenimenti.

U fl-istorja ewlenija, Il-Pensjonati u l-Housing b’enfasi akbar fil-baġit 2020.