Lokali
Ħarsa lejn il-ġurnali tal-lum

Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġni tal-ġurnali illum, il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2020.

The Sunday Times of Malta:

Yorgen Fenech kien qal lill-investigaturi f’Novembru tal-2019 jekk Joseph Muscat kienx staqsieh dwar Keith Schembri u jekk jissemmix fir-recordings li ittieħdu bil-moħbi ta’ konversazzjonijiet li Fenech kellu mal-intermedjarju Melvin Theuma. L-isuspettat ewlieni fil-qtil, Fenech kien assigura lil prim ministru li kien qed jagħmel mill-aħjar biex jipproteġi lil Keith Schembri meta kien mistoqsi dwar dawn ir-recordings. Iżda meta kkuntattjat mill-ġurnal, Joseph Muscat ċaħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet u qal li huma xrara ta’ l-immaġinazzjoni ta’ xi ħadd. Fenech alluda li Muscat iddiskuta lil Theuma miegħu darbtejn, waqt festin li sar f’għeluq sninu fil-Girgenti u waqt laqgħa li kellu ma’ Muscat u Schembri Kastilja.

Skont stħarriġ tal-ġurnal, il-partit Laburista igawdi vantaġġ fost l-elettorat ta’ 23 fil-mija. minkejja li iżjed minn wieħed minn tlieta jgħidu li ma jafux lil min se jivvotaw jekk ikollha issir elezzjoni għada. 38 fil-mija qalu li jivvotaw għall-partit laburista, iżjed mid-doppju tal-ħmistax fil-mija li qalu li jivvotaw għall-partit nazzjonalista jekk ikollha issir elezzjoni ġenerali għada. 37 fil-mija qalu li ma jafux lil min se jivvotaw filwaqt li għaxra fil-mija qalu li ma jivvotawx. L-istħarriġ sar bejn id-9 u t-tmintax ta’ Ġunju.

Il-Mument bl-istorja ewlenija iddedikata għall-inawgurazzjoni tal-Windfarm fil-Montenegro akkumpanjata b’ritratt taż-żjara li kienet saret mill-ex prim ministru Joseph Muscat ma delegazzjoni ministerjali li inkludiet l-ex ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri. Bit-titlu, Robert Abela kien jaf f’Novembru li għadda. Il-kap tal-partit nazzjonalista Adrian Delia jsejjaħ ir-reazzjoni tal-prim ministru Robert Abela dwar l-iskandlu tal-Montenegro bħala serqa ta’ 7 nmiljun ewro, u li Robert Abela għandu idejh marbuta. Illum jissejjaħ b’urġenza l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista/

Twissija lil Robert Abela mill-iktar ministru anzjan fil-kabinett. Il-ministru Evarist Bartolo wissa f’post fuq facebook bit-theddida ikkawżata mill-intriċċi koroh ta’ politika u negozju bejn l-2013 u l-2019 li tista’ ddaħħal lill-ekonomija tagħna fil-lista l-griża u s-sena d-dieħla jkollna COVID21 ekonomika li nbatu biex noħorġu minnha.

Kullħadd:

Bl-istorja ewlenija akkumpanjata minn ritratt tal-kap tal-partit nazzjonalista Adrian Delia. Qagħdu jfettqu fuq partit ġdid li riedu ismu. Il-ġurnal jiżvela kien ix-xahar li għadda l-oppożizzjoni oġġezzjonat fil-kummissjoni elettorali fuq applikazzjoni għal partit ġdid, bl-iskop li l-partit nazzjonalista ikun jista juża l-istess isem hu. Jemmnu li t-tibdil fil-isem u l-motto huma soluzzjoni għall-eżistenza.

Malta Today:

Bl-istorja ewlenija dwar kif l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma kien iddiskuta l-possibilta li jingħata proklama li biex jikxef dwar id-delitt mas-sieħeb fin-negozju ta’ Yorgen Fenech, Johann Cremona qabel ma ngħatalu, minħabba li kellu fil-pussess tiegħu ir-recordings li ħa bil-moħbi ta’ konversazzjonijiet ma’ Yorgen Fenech li allegatament ikkummissjona l-qtil.

Il-pulizija qalet li kienet ilha tinvestiga l-kuntratt dwar il-wind farm tal-Montenegro li issa jinsab fiċ-ċentru ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni għal xi żmien.

Illum:

Robert Abela jikkunsidra elezzjoni kmieni. Il-prim ministru Robert Abela huwa rrabjat u xxukkjat bl-aħħar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u skont rapport tal-ġurnal Illum jgħid lil ta’ madwaru li min huwa kolpevoli ma jistax jibqa’ fil-partit. Qed tiġi kkunsidrata u diskussa l-possibilta’ ta’ elezzjoni kmieni.

Fil-ġurnal ukoll, analiżi dwar in-neo liberalizmu fi żmien il-pandemija, rapport li jistaqsi jekk il-ġurnaliżmu jinsabx fi kriżi finanzjarja. U l-kelliem tal-oppożżizzjoni għar-riforma kostituzzjonali u Għawdex Chris Said jgħid li huwa konvint li l-partit laburista m’għadux fil-quċċata tiegħu. Il-ġurnal illum jagħti wkoll ħarsa Chris Cardona u s-sitt daqqiet li niżżluh. Ħarsa lejn kif kien implikat fl-assasinju.

It-Torċa: It-Tnejn tkun diskussa l-ħatra ta’ Angelo Gafa’ bħala kummissarju tal-Pulizija. Ma ntbagħtet l-ebda mistoqsija bil-miktub mill-oppożizzjoni.

Malta bl-ikbar pjan ta riġenerazzjoni ekonomija fost pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u eluf ta’ impjiegi salvati b’ħafna sagrifiċċji. is-segretarju tal-GWU Taqsima Marittima u Avjazzjoni Sandro Vella isostni hekk mal-ġurnal.