Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2019

Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu ritratt ta’ tifel ta’ ħames snin b’kundizzjoni ġenetika rari li ddiformatlu saqajh, li jinsab determinat li xi darba jkun jista’ jiġri waħdu. Insibu wkoll storja li tgħid li skema li tmexxi l-General Workers Union biex tgħin lil persuni qiegħda jiksbu ħiliet biex isibu mpjieg swiet lill-Gvern 30 miljun ewro u għenet biss 44 persuna jsibu mpjieg. Storja oħra tgħid li studju minn riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ikkummissjonat mill-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal juri, student minn kull ħamsa Maltin jirrabjaw meta tfal barranin jitolbu l-istess drittijiet bħalhom u li jemmnu li l-barranin huma nferjuri.

Fil-faċċata ta’ it-Torca nsibu ritratt ta’ John Paul Attard li bħalissa jinsab Malta sabiex jiltaqa’ mas-segwaċi Maltin tiegħu. Magħruf bħala l-eroj ta’ Toronto u fost oħrajn salva żagħżugħ li xtaq ineħħi ħajtu b’idejh. Storja oħra tgħid li l-General Workers Union għaddejja b’ħidma biex jinqatgħu ċertu abbużi minn terzi li qegħdin ifixklu lill-bejjiegħa tal-monti fil-ħidma tagħhom. Storja oħra tikkwota aġent tal-proprjetà Simon Debono jgħid jgħid li l-emendi proposti fil-liġi dwar it-twaqqigħ u l-iskavar, se jneħħu mir-responsabbilitajiet li suppost jerfgħu is-sidien, il-kuntratturi u l-bennejja filwaqt li jitfgħu r-responsabilitajiet kollha fuq il-periti.

Fl-ewwel paġna ta’ il-Mument insibu ritratt tal-Ministru Ian Borg bit-titlu ‘Taħt Pressjoni’ bir-rapport li jgħid li din il-ġimgħa ngħata kundanni b’deċiżjonijiet li tat il-Qorti, li mar l-Istati Uniti biex jissaħħaħ fil-ġlieda għat-tmexxija tal-Partit Laburista u tal-Gvern u li kien assenti għalkollox quddiem is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-industrija tal-kostruzzjoni minkejja li hu responsabbli mir-regolamenti tal-industrija tal-bini. Insibu wkoll ir-reazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista, tal-Kamra tal-Periti u tal-Kummissjoni Interdjoċesana dwar l-Ambjent għall-proposti għar-regolamenti ġodda dwar t-twaqqiegħ u l-iskavar.

Fil-faċċata ta’ Malta Today insibu ritratt tal-Qala Għawdex bl-istorja tgħid li biċċa art li tiswa miljuni kbar ta’ ewro f’Għawdex u barriera li kienu ndikati għal proġett tal-cruise liners, inħallu minn trust tal-Knisja li jmur lura għas-seklu 17 għal €200,000 biss – ftehim li ħalla lil dawk ta’ ġewwa tal-Knisja jsabbtu saqajhom minħabba l-involviment ta’ persuni fosthom avukat u oħrajn li kienu u oħrajn għadhom membri tal-ġudikatura. Storja oħra tgħid li l-Gvern se jibda jħallas hu għall-mediċini li jingħataw kontra l-kanċer li tipprovdi l-Malta Community Chest Fund.

Fl-ewwel paġna ta’ Kullħadd insibru ritratt tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u rapport bit-titlu ‘Nomini li żiedu l-inkwiet’, li jgħid li nhar it-Tlieta jgħalqu n-nomini għal tlett karigi battala li għandu l-Partit fit-tmexxija tiegħu. Stejjer li jkompli fil-paġni ta’ ġewwa għandhom it-titlu “Busuttil reġa’ kien imgiddeb mill-awditur’, ‘250 reazzjoni f’ħames ijiem’, u ‘fejn naqset id-burokrazija?’

Fil-faċċata ta’ The Malta Independent on Sunday insibu ritratt tal-kantant ta’ 75 sena Mick Jagger li nieda t-tour f’Chicago. Storja oħra fl-ewwel paġna tgħid li ħadd mill-Gvern jidher li jrid jagħti spjegazzjoni dwar għalxiex Neville Gafa kien Tripli din il-ġimgħa bħala membru ta’ delegazzjoni Maltija li kellha taħdidiet diplomatiċi uffiċjali mad-Deputat Prim Ministru Libjan fost oħrajn. Fil-faċċata wkoll insibu ntervista mal-Perit Robert Musumeci li qal li l-periti u s-site managers iridu qabel kollox ikunu leali lejn il-warrant.

Fl-ewwel paġna ta’ Illum insibu ritratt tal-Ministru Helena Dalli u tal-Kummissarju Ewropew Malti Karmenu Vella. L-istorja tgħid li l-Ministru Dalli wriet interess qawwi li tieħu post Karmenu Vella u li l-Gvern għandu għażliet oħrajn inkluż li jibqa’ Karmenu Vella. Storja oħra tgħid li persuni qrib id-deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, għadhom qed iċemplu lill-kunsillieri u jitolbuhom jiffirmaw biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fuq vot ta’ fiduċja fil-Kap Adrian Delia.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar