
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.
L-ORIZZONT
L-ORIZZONT b’rapport li jikkwota lit-tabiba Filippina Grace Caras Torres li mardet bil-coronavirus u sostniet li qatt ma ħasbet li se timrad bil-virus daqshekk malajr. Sostniet li għadna fil-bidu tal-ġlieda u qalet li hi kienet il-każ numru 194.
Rapport ieħor tal-Orizzont jikkwota lis-sindku ta’ Birżebbuġa, Joseph Farrugia, li qal li kienet deċiżjoni għaqlija li r-residenti taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far tpoġġew taħt kwarantina mandatorja għal 14-il ġurnata.
THE MALTA INDEPENDENT
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tas-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar tqiegħed kuruna tal-fjuri quddiem lapida li qed tfakkar il-memorja ta’ Lassana Cisse li kien inqatel sena ilu.
Rapport ieħor tal-Independent b’rendikont tal-każi tal-COVID – 19 li kellha s’issa Malta hekk kif issa għadda xahar mindu faqqa’ l-ewwel każ.
Il-ġurnal b’intervista mal-iGaming Network Chairman, Enrico Bradamante, li qal li CVovid – 19 se jħalli impatt fuq kif is-settur tal-iGaming se jopera fil-ġejjieni.
IN-NAZZJON
IN-NAZZJON b’ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li qal li f’dawn il-mumenti ta’ emerġenza fis-saħħa mhuwiex iż-żmien tal-politika partiġġjana u enfasizza li hu importanti li l-poplu kollu jisma’ mid-direttivi li qed jagħtu l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Sostna li l-pajjiż flimkien se jaħdem fuq il-prijoirtajiet u jegħleb l-isfidi tal-ġejjieni.
Rapport ieħor tan-Nazzjon bid-dettalji li n-numru ta’ każi ta’ Covid – 19 f’Malta issa tela’ għal 241 u lbieraħ kienu reġistrati 14-il każ ġdid.
THE TIMES
THE TIMES b’ritratt taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far mgħasses u mdawwar mill-Forzi Armati u mill-Pulizija wara li jumejn ilu l-Gvern ħabbar kwarantina obbligatorja lir-residenti ta’ dan iċ-ċentru minħabba li fosthom faqqa’ l-coronavirus.
Rapport ieħor tat-Times, din id-darba mill-Qorti fejn il-ħurnal jgħid li seħħ każ li qatt ma kien hawn bħalu minħabba li mara li qattgħet snin sħaħ tiġi abbużata mr-raġel tagħha, rebħet 5,000 ewro kontra l-istat minħabba li nstab li dan naqas milli jipproteġiha mit-trawma li kienet għaddejja minnu.
The Times bid-dettalji li lbieraħ mietet mara Maltija li tgħix Londra, b’kawża tal-coronavirus. Il-mara, Rosalie Freestone- Bayes, ta’ 77 sena, hi oħt it-tabib u ex President tal-Partit Nazzjonalista, Frank Portelli.



