Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
17°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Frar 23, 2021
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’rapport li jgħid li fl-aħħar tliet snin l-Awtorita’ tad-Djar nefqet madwar 7 miljun ewro biex tirranġa numru ta’ appartamenti li jintużaw għal skopijiet soċjali, fosthom housing estates. Dan filwaqt li qed tibni 1,700 appartament ġdid għal dawk li jsibuha diffiċli biex jixtru jew jikru bi prezz tas-suq.

Rapport ieħor tal-Orizzont jgħid li stħarriġ li sar minn aġenzija tal-Unjoni Ewropea wera li fl-aħħar ħames snin Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ rapporti dwar vjolenza fiżika meta mqabbla mal-istati membri l-oħra. Waqt li l-medja fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 9 fil-mija fl-aħħar ħames snin, Malta kellha 3 fil-mija.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ dimostrazzjonijiet u protesti li qed isiru fi Spanja wara l-arrest tal-kantant tar-rap Pablu Hasel li fiha jinsulenta lill-monarkija Spanjola.

Rapport tal-Independent jikkwota lill-Kamta tal-Periti u l-Inġiniera jgħidu li r-riformi ippjanati fis-settur tal-bini mhumiex iqisu r-riċerka u l-għarfien tal-esperti u li dawn mhumiex jiġu ikkonsultati.

Il-ġurnal b’rapport li jikkwota lill-membru parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina jgħid li l-membri tal-Gvern fuq il-Kumitat Parlamentari tal-Etika qed jippruvaw jittardjaw dibattitu mill-Kummissarju tal-Istandards, George Hyzler, dwar meta l-ġurnalisti kienu magħluqin f’Kastilja f’Novembru tal-2019.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’rapport fil-paġna ta’ quddiem li jgħid li wara ġimgħat ta’ ġlied u tensjoni, irriżenjaw żewġ uffiċjali għolja f’Kastilja. Ir-rapport jgħid li Sandro Craus li kien jieħu ħsieb il-Customer Care fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u wkoll Nigel Vella li kien deputat kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern irriżenjaw mill-karigi tagħhom.

Il-ġurnal b’rapport li jikkwota stqarrija tal-Partit Nazzjonalista li tgħid li l-Prim Ministru Robert Abela qed ikompli jagħżel lil Rosianne Cutajar fuq l-interess pubbliku. Jgħid li meta jibqa’ ma jiħux azzjoni fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar, Dr Abela qed jibqa’ juri li mhux lest jibgħat messaġġ qawwi lill-istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali li l-Gvern tgħallem il-lezzjoni.

In-Nazzjon b’rapport li jgħid li minkejja li ltaqa’ l-kabinett, il-pajjiż għadu bla soluzzjoni dwar il-problema tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt tax-Xagħra Għawdex bil-ġurnal jgħid li jidhru iżjed tower cranes milli wieħed jista’ jara f’Tas-Sliema.

Rapport tat-Times jgħid li l-Awtorita’ tal-Ippjanar injorat kompletament talba li saret mis-sindki kollha ta’ Għawdex għal laqgħa minħabba tħassib li l-gżira Għawdxija qed titkisser bl-industrija tal-bini. Il-President tal-Kunsill Reġjonali t’Għawex, Samuel Azzopardi qal li din hi tal-mistħija.

Rapport ieħor tat-Times jikkwota lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo jgħid li Malta qed ikollha laqgħat diplomatiċi mal-Libja wara li l-Prim Ministru elett Abdul Dabaiba qal li mhux se jiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela sakemm Malta tibda turi rispett.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
COVID-19
L-MHRA tgħid li jeħtieġ infurzar biex it-tbatija tar-restorantiera ma tkunx għalxejn
COVID-19
Min ikun ħa t-tilqima xorta jista’ jxerred il-Covid-19?
COVID-19
42 stabbiliment tal-ikel instabu qed jiksru l-miżuri – 3 minnhom ingħalqu x-xahar li għadda
Lokali
L-għan tar-riforma tal-liġi tal-kera hu biex il-partijiet kollha jieħdu dak li hu ġust – il-Ministru Galdes
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
COVID-19
Ristoranti, kiosks u snack bars jiftħu take-away biss sal-11 t’April
Lokali
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
Barranin
Terremot qawwi f’New Zealand – twissijiet ta’ tsunami
Lokali
FILMAT: Il-PM jeskludi lockdown iżda miżuri effettivi bħal żieda fil-multi
Lokali
Il-PM b’konferenza tal-aħbarijiet fil-12.15pm
Min ikun ħa t-tilqima xorta jista’ jxerred il-Covid-19?
42 stabbiliment tal-ikel instabu qed jiksru l-miżuri – 3 minnhom ingħalqu x-xahar li għadda
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tat-Tlieta 3 ta’ Marzu
Il-mollijiet tal-Port il-Kbir b’sistema biex jonqos it-tniġġis tal-arja
Pjanta fl-uffiċċju veru tista’ tibdillek il-burdata?
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob għal inkjesta indipendenti dwar l-għoti tal-vaċċin
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
Ristoranti, kiosks u snack bars jiftħu take-away biss sal-11 t’April
L-użu tad-droga ma naqasx fil-pandemija – kampanja edukattiva għaż-żgħażagħ dalwaqt
Eluf ta’ dokumenti antiki qed jinqalbu minn fuq il-karta għall-isfera diġitali
“Qabel miet biesli jdejja u qalli li jħobbni ħafna”
Kumpaniji li jħaddmu studenti tal-ICT se jingħataw lura tliet kwarti tal-paga
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin