Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Mejju 7, 2020 - Aġġornata 7 Ta' Mejju, 2020 10:24am
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia bil-ġurnal jikkwota lil Dr Delia jgħid li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni, irridu nkunu ġusti ma’ dawk li jiolbu l-protezzjoni, sodi ma’ dawk li mhux eliġibbli għall-ażil, u ħorox mat-traffikanti kollha li jridu jirkbu fuq it-tbatijiet tal-persuni vulnerabbli.

Rapport ieħor tan-Nazzjon jgħid li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li f’Malta d-daqqa ekonomika kaġun tal-imxija tal-coronavirus se tkun ta’ 5.8 fil-mija. Il-ġurnal jikkwota lill-Kummissjoni Ewropea tgħid li Malta se tiffaċċja riċessjoni u nuqqas sostanzjali fl-iżvilupp ekonomika fis-snin li ġejjin.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan li iktar ma jgħaddu l-ġranet iżjed qed tkun mimlija għawwiema u fir-ritratt jidhru wkoll żewġ pulizija jaraw li qed jiġu osservati r-regoli kemm biex in-nies ma jkunux fi gruppi ta’ iżjed minn erbgħa, u wkoll li jżommu d-distanza minn xulxin.

Rapport ta’ dan il-ġurnal jgħid li wieħed mill-avukati li ħadem fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali waqt il-prosekuzzjoni ta’ Yorgen Fenech, l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, telaq mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali u ngħaqad mal-avukat tad-difiża ta’ Fenech.

The Times b’rapport ieħor bid-dettalji li l-Airmalta iffinalizzat il-pjan tagħha għal wara l-pandemija. F’dan il-pjan jirriżulta li l-linja nazzjonali tal-ajru se żżomm iżjed bdoti u ħaddiema tal-ekwipaġġ minn dak li kien ippjanat oriġinarjament. Jirriżulta wkoll li l-pjan hu li sas-sajf tas-sena d-dieħla l-Airmalta tkun qed topera ħames ajruplan, minflok tnejn biss.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT bid-dettalji fil-paġni ta’ ġewwa, il-ġurnal għandu intervista ma’ Dr Mary Vella, il-Kummissarju għall-Anzjani, li qalet li ħafna anzjani sabu sostenn f’dan iż-żmien tal-coronavirus.

L-Orizzont ukoll tikkwota r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, bil-ġurnal jgħid li l-Kummissjoni qed tbassar li matul is-sena li ġejja l-ekonomija ta’ Malta se jirnexxielha tirkupra fuq id-daqqa li se taqla’ din is-sena. Il-ġurnal jgħid ukoll li l-Kummissjoni Ewropea tara lil Malta bir-raba’ l-inqas impatt fejn jidħol qgħad.

Il-ġurnal jikkwota lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Margarethe Vestager, tgħid li mingħajr teknoloġija ta’ app tal-mobiles biex wieħed ikun jista’ jsegwi persuni u jara kif qed jinfirex il-virus, se tkun diffiċli ħafna li s-soċjeta’ tinfetaħ għal-livell li jixtieqha l-pubbliku.

L-Orizzont bl-aħħar dettalji fuq il-bullettin mediku ta’ lbieraħ fejn is-supretendent tas-saħħa pubblika, il-professur Charmaine Gauci ħabbret żewġ każi ġodda u li fiequ erba’ oħra.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ Triq Bisazza f’Tas-Sliema bil-ġurnal jgħid li għalkemm min-nhar it-Tnejn li għadda nfteħu l-ħwienet anke li jbigħu affarijiet mhux essenzjali, il-bejgħ għadu ma qabadx ir-ritmu ta’ qabel il-pandemija.

Rapport ta’ dan il-ġurnal jikkwota lill-Ministru tal-Ekonomija, Silvio Schembri jgħid li l-VAT fuq maskri tal-wiċċ u visors se tinżel għal 5% mir-rata normali ta’ 18%. Dan se jsir permezz ta’ avviż legali.

The Malta Independent b’rapport li jikkowta statistika tal-Eurostat li turi li l-emissjonijiet tal-carbon dioxide f’Malta baqgħu dejjem jiżdiedu mill-2017. L-istatsitika turi li Malta kienet waħda minn 4 pajjiżi fejn l-iżjed li kien hemm żieda f’dawn l-emissjonijiet fl-aħħar tliet snin.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Lokali
Il-BOV jissospendi t-tariffi fuq kontijiet inattivi u ta’ bilanċ minimu
Lokali
Magħżul id-disinn u l-post tal-monument lil Oliver Friggieri
Xogħol
L-inizjattiva ta’ telework imħabbra mill-Gvern imfaħħra mill-UĦM
Pulizija
Il-Korp tal-Pulizija jikber b’65 rekluta – 11 minnhom nisa
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
COVID-19
Ristoranti, kiosks u snack bars jiftħu take-away biss sal-11 t’April
Lokali
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
Barranin
Terremot qawwi f’New Zealand – twissijiet ta’ tsunami
COVID-19
AĠĠORNAT: Iwissi biex ħadd ma jitlob swab test bla bżonn
Lokali
Il-PM b’konferenza tal-aħbarijiet fil-12.15pm
€1,000 għal kull stabbiliment tal-ikel li ntlaqat mill-aħħar miżuri tal-Covid
80% ta’ dawk li jitolbu l-għajnuna biex jegħlbu l-vizzju tad-droga huma rġiel
FILMAT: Persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena se jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19
283 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 156 oħra mfejqa
AĠĠORNAT: Il-Maġistrat Lia tirrikuża ruħha mill-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Agius, George Degiorgio u Jamie Vella
AĠĠORNAT: Iwissi biex ħadd ma jitlob swab test bla bżonn
42 stabbiliment tal-ikel instabu qed jiksru l-miżuri – 3 minnhom ingħalqu x-xahar li għadda
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tat-Tlieta 3 ta’ Marzu
Il-mollijiet tal-Port il-Kbir b’sistema biex jonqos it-tniġġis tal-arja
Pjanta fl-uffiċċju veru tista’ tibdillek il-burdata?
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jitlob għal inkjesta indipendenti dwar l-għoti tal-vaċċin
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin