Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin ippublikati fuq il-gazzetti tal-Ħadd 5 ta’ Lulju

The Times b’ritratt tgħid li llum il-Greċja tiddeċiedi dwar il-bailout u l-kundizzjonijiet tagħha f’referendum. L-istorja ewlenija hija dwar il-pjan tax-‘shooting range’ fil-Busbesija, il-Mosta. Il-gazzetta tgħid li dan il-pjan twaqqa’ mhux għal raġunijiet ambjentali kif ħafna gergru kontrih iżda għax il-kumpanija Russa li kienet se tiżviluppah m’għaddietx mid-‘due diligence’ tal-Gvern ħabba raġunijiet finanzjarji. Issa mistenni li l-Gvern idur fuq it-tieni offerent preferut għal dan il-proġett f’din iż-żona minħabba li kien hemm sejħa għall-interess. It-Times qalet li t-tieni offerta, għalkemm għad m’hemmx dettalji tagħha tidher aktar aċċettabbli għal dawk li qed joġġezzjonaw. The Times tirraporta l-istorja ta’ Maltija Elizabeth Portelli li rrakkontat li kellha titlaq minn Malta 14-il sena ilu minħabba razziżmu fil-pajjiż. Hija Missiera Malti u ommha Ġamajkana u tgħid li l-Maltin kienu jgħajruha ħabba l-kulur tal-ġilda tagħha tant li kellha titlaq. Hija stqarret li 14-il sena wara s-sitwazzjoni sfortunatament ma nbidlitx.

Maltatoday tirraporta b’ritratt taż-żona l-kbira ta’ Montekristo f’Ħal Farruġ fejn issir din li tissejjaħ il-Fiera l-Kbira. Jingħad li l-Pulizija ma ħarġitx permess għal din il-fiera li hi ppjanata ssir mid-9 ta’ Lulju ‘l quddiem, wara li l-MEPA oġġezzjonat li jingħata permess minħabba li fuq is-sit hemm diversi illegalitajiet u avviżi t’infurzar. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Montekristo Jean Paul Sammut qal li l-kumpanija neħħiet kull illegalita’ u m’għandux għaliex ma jingħatax permess għall-fiera li mistennija tara 230 eżebitur/ Il-Malta Today tirraporta ukoll li ‘l-knisja’ tal-Pastor Gordon John Manche ilha mill-2011 ma tippreżenta rendikont finanzjarju. Il-Gazzetta kkwotat persuna li qalet li s-segwaċi ta’ Manche li jattendu r-“River of Love” f’Ħaż-Żebbuġ jagħtu parti mill-paga fix-xahar lill-għaqda iżda Manche ċaħad li jagħtu 10%. L-għaqda fl-2011 għamlet dħul ta’ 150,000 iżda llum ma hemmx rendikonti aktar.

ILLUM tirraporta il-‘boom’ fil-bejgħ tal-propjetà. F’Intervista ma’ Douglas Salt mill-Assoċċjazzjoni tal-Aġenti tal-Propjetà li qal li fl-2014 kien hemm żieda ta’ 48% fil-bejgħ tal-propjetà filwaqt li l-ħaddiema raw żieda ta’ 31% fid-dħul tagħhom. L-ILLUM tirraporta wkoll intervista mal-Ministru Helena Dalli li qalet li f’Malta hawn biża’ mill-integrazzjoni ta’ persuni barranin li jgħixu Malta. F’Malta hawn popolazzjoni ta’ 30,000 barranin, 32 huma immigranti.

The Malta Independent għandha diversi stejjer fl-ewwel faċċata. Il-ġurnal jiżvela li l-fergħa regolatorja tal-Unjoni Bankarja fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew talbet lill-BOV jispejaga għala s-sena l-oħra sellef miljuni ta’ ewro ‘f’unsecured loans’ lill-Airmalta biex il-kumpanija nazzjonali tal-ajru tkun tista’ tagħmel tajjeb għall-hedging fuq il-fuel. Il-gazzetta tirraporta wkoll li llum hu jum ir-referendum fil-Greċja. Storja oħra hija dwar l-espropjazzjoni mill-Gvern ta’ diversi biċċiet art fiċ-Ċittadella, r-Rabat Għawdex. Il-gazzetta qalet li l-Gvern esproprija propjetà li kienet ta’ eks kandidat Laburista. Il-gazzetta tgħid li din il-propjetà ġiet esproprejata għal €460,000 meta periti indipendenti qed jgħidu li ma tiswiex iktar minn €300,000.

It-Torċa tirraporta li l-Partit Nazzjonalista kellu pjan ieħor ta’ tniġġiż fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Il-gazzetta tirraporta li kien hemm pjani li jsir inċineratur ieħor f’Dellimara, apparti li fil-passat ried li ssir miżbla fiż-Żonqor. Storja oħra hi li l-GWU tissaħħaħ fil-membri. L-istorja tgħid li l-ħaddiema kollha mal-Playmobil issieħbu mal-GWU. Il-gazzetta għandha stejjer li jkomplu fil-paġni ta’ ġewwa, fosthom dwar ir-riforma fil-pensjonijiet.

KULLĦADD tirraporta li fl-aħħar tliet xhur mindu daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tad-droga, kien hemm 32 talba minn persuni akkużati fil-Qorti b’reati serji ta’ droga sabiex jingħataw ċans ieħor. Qabel din it-talba ma setgħetx issir u ħafna mill-akkużati kienu jintbagħtu l-ħabż minflok l-għajnuna biex jirriformaw ruħhom sew mid-droga. Il-ġurnal tal-Partit Laburista jirraporta wkoll li hemm każ ta’ qarib ta’ uffiċjal għoli tal-Partit Nazzjonalista li mill-BOV ħa €250,000 fi skema t’irtirar kmieni. Il-Kullhadd tgħid li l-Oppożizzjoni titkaża fejn trid, b’referenza għall-kumpens li nnagħta s-Segretarju Parlamentari Micheal Falzon. Il-ġurnal jirraporta wkoll il-fehma tal-Ewroparlamentari Alfred Sant dwar il-kriżi fil-Greċja.

Il-Mument tirraporta dwar ir-referendum fil-Greċja. Jgħid li għajnejn id-dinja kollha kemm huma fuq dan il-pajjiż. Stejjer oħra li jkomplu fuq il-paġni ta’ ġewwa huma dwar l-ex-Spettur tal-Pulizija Daniel Żammit u n-negozju tiegħu ma’ Gaffarena; xamma li membri tal-ISIS jgħażlu li jgħaddu minn Malta għall-Unjoni Ewropea u Sid ta’ ristorant f’Marsalforn akkomodat b’xogħlijiet minn ħaddiema tal-Gvern.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi esprima diżappunt għal mod kif numru żgħir ta’ avukati jagħmlu minn kollox biex it-tul tal-każ ma jintemm qatt anke wara s-sentenza finali tal-Qorti tal-Appell. Qal li…

Saħħa

Is-sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru dalgħodu għamlet appell lin-nisa biex ma jibżgħux jagħmlu l-eżami tas-sider kontra l-kanċer u li meta jirċievu l-invit biex jagħmlu dan l-eżami, għandhom jagħmlu dan…

Lokali

“Bħalma persuna m’għandhiex tibqa’ dipendenti għal għomorha fuq il-benefiċċji soċjali, l-istess għandna nibdew inħarsu li persuna ma tibqax dipendenti fuq l-akkomodazzjoni soċjali.” Din hija fehmet il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid…

Aktar