Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
14°
Max
18°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Ġunju 18, 2020
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’rapport fil-paġna ta’ quddiem bid-dettalji mill-qorti bil-ġurnal jgħid li l-pjan biex tinqatel Daphne Caruana Galizia kien sar f’Portomaso. Jgħid li wara r-rebħa elettorali tal-Partit Laburista, allegatament Yorgen Fenech ried imexxi bil-qtil b’Keith Schembri u Silvio Valletta jgħaddu l-informazzjoni.

Bid-dettalji fil-paġni ta’ ġewwa, in-Nazzjon tgħid li Dr Chris Cardona irriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.

Il-ġurnal jirreferi għax-xhieda mogħtija lbieraħ fil-Qorti fl-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, bil-Partit Nazzjonalista jiddikjara li qed jagħmilha ċara li qatt ma rċieva ebda offerta jew pagament biex jimmina l-kandidatura ta’ wieħed mill-kandidati tiegħu f’xi elezzjoni jew oħra.

B’ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qed jiħeu sehem fis-summit tal-Partit Popolari Ewropew li sar bil-video conference, il-ġurnal jikkwota lil Dr Delia jgħid li Malta ma tiflaħx aktar weħidha għat-toqol tal-immigrazzjoni. Sostna li Malta tippretendi li l-Unjoni Ewropea tgħin minnufih.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-Isqof il-ġdid t’Għawdex, Anton Teuma. Il-ġurnal jgħid li Dun Anton Teuma hu Għawdxi ta’ 56 sena u kien ordnat saċerdot fl-1988.

Rapport ieħor tat-Times jikkwota l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali li minn stħarriġ li għamlet uriet li n-nies li jgħixu Malta huma iżjed lesti jaċċettaw dik li tissejjaħ facial recognition, jiġifieri li elettronikament juru wiċċhom biex jieħdu servizzi minn kumpaniji privati. Flimkien mal-Maltin hemm iċ-Ċiprijotti li lesti jagħmlu dan ukoll.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ Dr Chris Cardona bil-ġurnal jgħid li l-Partit Laburista se jibda l-proċess għas-suċċessur tiegħu bħala Deputat Mexxej.

Rapport tal-Orizzont jgħid li l-proċess tal-votazzjoni għall-elezzjoni tal-Union tal-Għalliema, MUT, beda tTnejn li għadda fejn il-President Marco Bonnici ma ġiex ikkontestat f’din il-kariga. Is-sur Bonnici qal li se jkompli jagħti l-enerġija kollha tiegħu bħala President tal-MUT.

Il-ġurnal jikkwota l-ewwel kliem tal-Isqof elett t’Għawdex, Dun Anton Teuma, li ħeġġeġ lis-saċerdoti Għawdxin biex jaħdmu flimkien għar-renju t’Alla. Dun Anton teuma se jkun id-disa’ Isqof t’Għawdex.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt tal-isqof t’Għawdex Mario Grech qed jgħannaq lill-Isqof elett Dun Anton teuma. Il-ġurnal jgħid li fl-ewwel kelmiet tiegħu, Dun Anton Teuma kien viżibbilment emozzjonat u tkellem fuq il-bżonn li ssir ħidma flimkien.

Il-ġurnal bid-dettalji li Dr Chris Cardona irriżenja mill-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-elezzjoni għal din il-kariga se ssir ix-xahar id-dieħel.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
COVID-19 multi
Jinħarġu 700 taħrika wara li kisru r-regoli tal-COVID-19
Qorti
Koppja li nstabet ħatja b’serq titnaqqsilhom is-sentenza b’9 snin
Kronaka inċident tat-traffiku mutur
Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur
Lokali
Repubblika tgħid li l-awtoritajiet qed jagħmlu minn kollox biex ma tibqax teżisti
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
COVID-19
Ristoranti, kiosks u snack bars jiftħu take-away biss sal-11 t’April
Lokali
ARA: Fid-dettall il-miżuri l-ġodda biex tiġi kkontrollata l-imxija
Barranin
Terremot qawwi f’New Zealand – twissijiet ta’ tsunami
COVID-19
AĠĠORNAT: Iwissi biex ħadd ma jitlob swab test bla bżonn
Lokali
Il-PM b’konferenza tal-aħbarijiet fil-12.15pm
ARA – Il-bdiewa Maltin qegħdin ibexxu bid-drones
Il-Papa b’messaġġ ta’ paċi u solidarjetà mit-tifrik li ħalla warajh l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku f’Mosul
Il-varjant tal-COVID-19 iżid ir-riskju tat-tixrid b’70% aktar
FILMAT: L-Aħbarijiet Sportivi ta’ TVM Sport tal-Ħadd 7 ta’ Marzu
X’riperkussjonijiet se tħalli din il-pandemija fuq it-tfal?
“40% tal-każijiet tal-Covid-19 huma tal-varjant mir-Renju Unit” – id-Deputat Prim Ministru
Qalet li l-familja rjali kienet imħassba bil-kulur tal-ġilda ta’ binhom u li spiċċat bi ħsibijiet suwiċidali
ARA: Jibni mudell uniku tal-magna tal-ferrovija li qdiet lill-Maltin sal-1931
Sena mill-ewwel każ ta’ Covid f’Malta – ara x’ġara minn dakinhar
“Qed ngħixu bil-ħniena” – restorantiera jappellaw għar-responsabbiltà
Jitqassmu 500 xitla tal-palm lill-Kunsilli Lokali u lis-sajjieda
“Lanqas li qtilna lil xi ħadd!” – anzjani li sfrattawlhom it-tombla fil-Ħamrun
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin