Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
13°
Max
16°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
13°
Max
16°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Awwissu 19, 2020
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT bid-dettalji mill-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-ġurnal jikkwota lit-tabib Adrian Vella li fix-xhieda tiegħu lbieraħ qal li kien għadda karti li tah Keith Schembri lil Yorgen Fenech.

Rapport tal-Independent jgħid li b’48 każ ġdid tal-coronavirus, it-total ta’ każ li kellha Malta issa tela’ għal 1,423.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt meħud mix-xena tad-delitt doppju lbieraħ fi Triq Locker f’Tas-Sliema fejn inqatlu żewġt irġiel. Il-ġurnal jgħid li sa lbieraħ tard bil-lejl il-pulizija ma kienet għadha arrestat lil ħadd.

Rapport ta’ dan il-ġurnal jikkwota lit-tabib Adrian Vella li fil-Qorti qal li l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech kien qallu Jekk ninżel jien jinżel kulħadd miegħi. Dan meta t-tabib Vella tah xi karti li għaddielu miegħu l-ex chief of staff Keith Schembri.

In-Nazzjon bid-dettalji tal-aħħar każi tal-coronavirus fil-pajjiż bil-ġurnal jgħid li b’48 każ ieħor fl-ahhar sigħat, il-każi attivi issa telgħu għal 709.

 

MALTATODAY

MALTATODAY b’ritratt ta’ Yorgen Fenech u b’rapport mill-Qorti li jikkwota lit-tabib Adrian Vella jgħid li Fenech kien sostna li jekk jinżel hu jinżel kulħadd miegħu. Dr Vella qal li Yorgen Fenech kien qal hekk meta għaddielu karti li kien tah l-ex chief of staff Keith Schembri.

Bid-dettalji fil-paġni ta’ ġewwa, Maltatoday tgħid li 9 mill-aħħar każi rappurtati tal-coronavirus huma minn djar tal-anzjani.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ rġiel qed jippużaw għal ritratt quddiem pub fil-Belt, bil-ġurnal jgħid li dawn l-irġiel gawdew l-aħħar ftit sigħat li fihom setgħu jixorbu qabel ma ngħalqu l-bars u l-clubs bl-aħħar miżuri tal-coronavirus.

Rapport mill-Qorti jikkwota lit-tabib Adrian Vella li lbieraħ xehed fil-kumpilazzjoni tal-każ ta’ Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u qal li Fenech kien eċitat ħafna wara li t-tabib tah karti li kien għaddielu l-ex chief of staff Keith Schembri. It-tabib Vella qal li Fenech kien sostna Ninżel jien, jinżel kulħadd miegħi.

Rapport ieħor tat-Times jgħid li residenti ta’ hostel mitluqa ħafna qattgħu mill-inqas tliet ijiem jgħixu b’kadavru fix-xaft minħabba li kienu mbeżżgħin wisq li jċemplu lill-pulizija. Il-pulizija qed tinvestiga l-każ ta’ dan ir-raġel li nstab mejjet f’din il-hostel.

Il-ġurnal b’rapport li 9 mid-69 każ ta’ covid li tħabbru nhar it-Tnejn, huma marbuta ma’ cluster fi djar tal-anzjani.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’rapport li jgħid li l-Unjoni Ewropea se tniedi suq għad-data personali. Qed ikun propost Trusts Projects li jippromwovi t-tixrid ta’ data personali bħala dmir ċivili.

Bid-dettalji fil-paġni ta’ ġewwa, l-Orizzont tgħid li x-xahar id-dieħel se jsir summit Ewropew li jindirizza l-kriżi fi Lvant tal-Mediterran.

Rapport ieħor tal-Orizzont jikkwota lis-segretarju ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja jiddeskrivi l-miżuri ta’ restrizzjoni mħabba mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne bħala miżuri li joħolqu bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Temp
Imbassar riħ qawwi għal-lum
Lokali Premju tal-President għall-Kreattività
It-Teatru Salesjan u l-Fondazzjoni HELA jirċievu l-Premju tal-President għall-Kreattività 2020
Kronaka incident
Żagħżugħ jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum
Pulizija
Tnaqqis sinifikanti fir-rapporti ta’ reati kriminali – 16% inqas imqabbla mal-2019
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
21/01/2021
Kronaka
AĠĠORNAT: Ir-raġel arrestat bil-kokaina fiċ-Ċirkewwa hu akkużat bil-ħruq tal-ark tal-Floriana
Lokali housing
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Barranin
ARA: Tinbela’ min-nirien kumpanija li qed tipproduċi t-tilqima kontra l-Covid-19 fl-Indja
COVID-19
Kemm hawn persuni f’Malta li qegħdin kwarantina?
Barranin
ARA: Splużjoni f’Madrid tħalli 3 mejta
It-Teatru Salesjan u l-Fondazzjoni HELA jirċievu l-Premju tal-President għall-Kreattività 2020
Tnaqqis sinifikanti fir-rapporti ta’ reati kriminali – 16% inqas imqabbla mal-2019
FILMAT: Valletta jibdew b’rebħa taħt Cardoso, aktar problemi għal Balzan
S’issa l-Gvern wettaq 90% tal-miżuri soċjali mwiegħda
FILMAT: It-Tielet rebħa konsekuttiva għal Gżira United
ARA: Kif inhi r-rata tat-tilqim f’Malta? Dr Grech iwieġeb
Il-Gvern jestendi l-għajnuna lill-għaqdiet volontarji b’€1.1 miljun
143 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, 201 oħra mfejqa
Toroq u belvedere f’Santa Luċija se jiġu rranġati b’nefqa ta’ €2 miljun
Fondi għal ħamsin kunsilli lokali biex jieħdu ħsieb il-klieb u l-qtates tat-triq
“Kuntenti li fl-aħħar għandna dar tagħna” – il-koppja li saret sid ta’ darha għall-ewwel darba
Taqta’ mix-xogħol fil-ħin liberu tiegħek?
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back