Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
14°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Novembru 11, 2020
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt tal-membru parlamentrai Nazzjonalista Jason Azzopardi u tal-lukanda Hilton f’Tel Aviv bil-ġurnal jikkwota lil Dr Azzopardi japoloġizza u jgħid li missu aġixxa b’mod differenti fil-każ fejn is-soġġorn tiegħu f’din il-lukanda tħallset mis-sur Ray Fenech tal-Grupp Tumas fl-2017.

Rapport ieħor tal-Independent jgħid li Steward Health Care qabel fil-prinċipju mal-idea li jkollu l-impjegati tiegħu assorbiti fis-settur pubbliku. Kelliem għal Steward qal madankollu li din tkun prerogattiva tal-Gvern.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li ltaqa’ mal-ħaddiema tal-lukanda Excelsior ilbieraħ. Dr Grech qal li l-pajjiż għandu jaħdem flimkien biex l-ekonomija tirpilja. Sostna li l-iktar ħaġa li l-Partit Nazzjonalista jieħu pjaċir biha hu li jkun hawn is-saħħa, ekonomija b’saħħtiha u l-ġid, biex nerġgħu mmorru lura għall-ħajja normali waqt li l-ekonomija terġa tirpilja.

Rapport tan-Nazzjon jgħid li l-ex Ministru Laburista Konrad Mizzi qed jiġi interrogat mill-Pulizija b’rabta ma’ diversi allegazzjonijiet li hu implikat fihom. Il-ġurnal jgħid li sa tard ilbieraħ filgħaxija kien rappurtat li Konrad Mizzi inżamm arrestat matul il-lejl.

Il-ġurnal b’rapport li lbieraħ l-Covid 19 ħasdet il-ħajja ta’ erba’ persuni oħra biex issa t-tota’ ta’ vittmi f’Malta tela’ għal 85.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ għalliema f’Marseille fi Franza qed inżomm kartellun bil-kelma NIKKUMBATTI, b’referenza għall-isfidi li qed jiffaċċjaw l-għallima minħabba l-coronavirus fl-iskejjel.

Rapport tat-Times jgħid li l-Pulizija qed iżżomm arrestat lill-ex Ministru Konrad Mizzi. Hu qed ikun interrogat mill-iskwadra ta’ kontra r-reati ekonomiċi fil-kwartieri tagħhom il-Ħamrun. L-interrogazzjoni mistennija tkompli matul il-ġurnata ta’ llum.

Il-ġurnal b’rapport li jgħid li l-btala li għamel f’lukanda Hilton ta’ Tel Aviv il-membru parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi tikkonsisti fi ksur tal-etika parlamentari minħabba li naqas milli jirrifjuta dan ir-rigal, jew milli jiddikjarah wara. The Times tgħid li skont l-kodiċi tal-etika tal-membri parlamentari, m’għandhomx jiġu aċċettati rigali minn persuni jew negozjanti li għandhom jew kellhom interess dirett jew indirett f’leġislazzjoni quddiem il-parlament.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’ritratt tal-Ministru Byron Camilleri waqt li ġie iffirmat l-ewwel fethim kollettiv fi 22 sena għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Rapport tal-Orizzont jikkwota lill-virologu Dr Chris Barbara li qal li hu ottimist bl-aħħar żviluppi dwar it-tilqima tal-covid 19. Dr Barbara saħaq li dak ta’ Astra Zeneca u ta’ Pfizer jidhru promettenti ħafna.

Il-ġurnal b’rapport li jikkwota lil Tony Myles li tkellem fuq il-fatt li ħa l-covid 19 u anke quddiem il-fatt li aktar u aktar persuni qed jirrappurtaw li għandhom sintomi fit-tul wara li nstabu pożittivi għall-virus u wkoll wara li jkunu ġew dikjarati li fiequ. Myles qal li fuqu l-virus kien qawwi ħafna.

 

MALTATODAY

Sal-ħin li ġejna biex inxandru l-analiżi tal-ġurnali, il-gazzetta Maltatoday ma kinitx waslitilna.

Share
Aħbarijiet Oħra
Kultura
Widna impekkabbli u sengħa irfinuta – mid-daqq għadda għall-bini tal-vjolini
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-Ħadd
Kronaka
Mara midruba gravi wara inċident bil-mutur fil-Fgura
Kronaka
Argument bejn żewġt tfajliet – waħda tweġġa’ gravi
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
15/01/2021
Politika
ARA: X’wieġeb il-PM dwar il-proklama tal-Koħħu u r-riżenja ta’ Dr Gulia
Kronaka
ARA: Qabżet mill-karozza u ġibditilha filmat qabel għerqet fiċ-Ċirkewwa
Barranin
Il-varjant tal-Covid li feġġ fil-Brażil qed iqajjem tħassib kbir
Lokali
ARA: Se jiżdiedu r-restrizzjonijiet tal-pandemija?
Kronaka
Żewġ karozzi jinqalbu fil-bypass tal-Imrieħel
Widna impekkabbli u sengħa irfinuta – mid-daqq għadda għall-bini tal-vjolini
Il-wasla tal-ikel mir-Renju Unit: importaturi Maltin fuq ix-xwiek
L-irħula jistgħu japplikaw għat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031
Il-wirt storiku u kulturali tal-Kalkara issa jista’ jiġi apprezzat aħjar
Il-PM jemmen li l-ħaxixa għandha tkun legalizzata għall-użu rikreattiv
Ara: Misteri u leġġendi minn Għawdex – ‘Il-Muxrafija’ jżur il-gżira tat-tliet għoljiet
Jinbiegħu ‘l fuq minn €3 biljun fi proprjetà fis-sena tal-pandemija – MDA
Kif affettwat lill-edukaturi l-qalba għat-tagħlim online matul il-COVID-19?
ARA: Se jiżdiedu r-restrizzjonijiet tal-pandemija?
MASRI bħal Alexa u Siri: l-ewwel teknoloġija għat-traskrizzjoni awtomatika tat-taħdit bil-Malti
Il-merkanzija mir-Renju Unit: 80% tad-dazju mħallas se jispiċċa għand l-Unjoni Ewropea
L-għassa l-ġdida tal-Pulizija f’Wied il-Għajn se tkun attrezzata bl-aħħar teknoloġija
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
    • Junior Eurovision
    • Junior Eurovision Participants
    • Back