Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
13°
Max
16°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
PROGRAMMI
Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
13°
Max
16°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Novembru 19, 2020
Rapport: Fiorella Pace

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-lum.

 

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tal-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-ex Ministru Konrad Mizzi bil-ġurnal jgħid li l-bejgħ tal-isptarijiet pubbliċi sar minn wara dahar il-poplu Malti, bil-Gvern kien iffirma l-MOU qabel ma saret sejħa għall-offerti tal-kuntratti.

Rapport ieħor tan-Nazzjon jgħid li l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, appellat lill-Gvern biex jerġa jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika. Qalet li l-irtirar tal-miżuri attwali f’dan l-istadju se jwasslu għal diżastru kbir fis-saħħa pubblika.

In-Nazzjon b’kummenti tal-Professur Albert Fenech li qal li wieħed jgħid li s-sitwazzjoni tal-pandemija hi taħt kontroll hi gidba. Il-Professur Fenech qal li ma tistax tfejjaq l-ekonomija jekk ma tfejjaqx lin-nies l-ewwel.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ attivisti waqt dimostrazzjoni f’Berlin li fiha saru protesti fuq il-miżuri l-ġodda imposti mill-Gvern biex irażżan l-imxija tal-coronavirus.

Rapport tat-Times jikkwota stħarrig tal-universita’ ta’ Malta li wera li terz tan-nies f’Malta jsibuha inaċċettabbli li xi ħadd mill-familja tagħhom, iben jew bint, jiżżewweġ immigrant Afrikan. Madankollu, iżjed min-nofs ta’ dawk li wieġbu qalu li ma jqisux lilhom infushom razzisti.

Il-ġurnal bid-dettalji mill-qorti tal-ex Kappillan ta’ Burmarrad, Patri Donald Bellizzi, li nstab ħati fuq abbuż sesswali ta’ minorenni. Hi ntbagħat tliet snin ħabs.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem li juri l-amministrazzjoni tal-GWU mal-Ministru Carmelo Abela. Il-GWU iddiskutiet mal-Ministru Abela d-direttiva li qed tipproponi l-Unjoni Ewropea dwar il-paga minima.

Rapport ieħor tal-Orizzont din id-darba mill-qorti fejn Imħallef ikkundannat l-aġir tal-ex Kappillan ta’ Burmarrad, Patri Donald Bellizzi, u weħel tliet snin ħabs wara li nstab ħati ta’ atti sesswali fuq tifel.

Il-ġurnal b’rapport ieħor li jgħid li n-numru ta’ priġunieri li qed jgħixu fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin hu d-doppju ta’ dak ideali għad-daqs tal-post. Bħalissa l-ħabs hemm 900 priġunier meta b’mod ġenerali jesa’ madwar 450.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt meħud bid-drone, tal-oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt.

Rapport ta’ dan il-ġurnal jgħid li l-Ministeru tal-Infrastruttura iddefenda l-inawgurazzjoni ta’ progetti ta’ toroq ewlenin qabel ma dawn kienu tlestew. Il-ġurnal jgħid li l-Gvern għamel konferenzi tal-aħbarijiet li fihom inawgur proġetti li ma kinux tlestew, fosthom il-mina ta’ Santa Luċija. Triq Sant’Antnin Għajnsiele, u partijiet mill-flyovers tal-Marsa.

The Malta Independent bid-dettalji mill-Qorti tal-Patri Donald Bellizzi li nstab ħati ta’ abbuż sesswali fuq ġuvni minorenni.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Konsumatur
TWISSIJA: Tużax dan il-prodott
Lokali
Tista’ taqbad u ttella’ ritratt fuq l-internet mingħajr permess?
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum
Lokali
“Waqajt bil-‘mobile scooter’ minħabba bankini dojoq”
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
18/04/2021
Kronaka
AĠĠORNAT: Ġuvni ta’ 19-il sena jmut f’ħabta fir-Rabat – ieħor tamparu jweġġa’ gravi
Kronaka
Julian Spiteri huwa ż-żagħżugħ li miet traġikament fir-Rabat
Lokali
Sogħba għall-mewt traġika tal-missier li tilef ħajtu waqt xogħlu f’Ħaż-Żabbar
Ambjent
ARA: kif qiegħ il-baħar ħdejn Filfla mimli fdalijiet ta’ bombi
Lokali Il-familja Rjali Ingliża
Ritratt tal-koppja f’Malta fil-basket tar-Reġina għall-funeral tal-Prinċep Philip
Tista’ taqbad u ttella’ ritratt fuq l-internet mingħajr permess?
“Waqajt bil-‘mobile scooter’ minħabba bankini dojoq”
Il-Parlament mistenni japprova r-rilokazzjoni tat-tankijiet mill-Forti Rikażli
“Huwa għoli li jkollok każ ta’ vjolenza domestika kuljum”
ARA: Iqabbad il-post tax-xogħol li tkeċċa minnu f’Milan
ARA: kif qiegħ il-baħar ħdejn Filfla mimli fdalijiet ta’ bombi
Bernard Grech jgħid li l-PN qed jirreġenera ruħu
Minkejja l-pandemija l-Gvern baqa’ jwettaq riformi u proġetti kbar – Il-PM
AĠĠORNAT: Ġuvni ta’ 19-il sena jmut f’ħabta fir-Rabat – ieħor tamparu jweġġa’ gravi
Mill-bidu tas-sena l-gwardja tal-kosta Libjana waqqfet 8,000 immigrant milli jivvjaġġaw lejn l-Ewropa
Jirrakkonta meta ltaqa’ mal-Prinċep Philip u staqsih ma’ liema tim tal-futbol iżomm
Tingħata l-aħħar tislima lid-Duka ta’ Edinburgh
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision