Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
15°
Max
18°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision
PROGRAMMI
Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
15°
Max
18°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Diċembru 13, 2020
Rapport: Fiorella Pace

 

THE SUNDAY TIMES OF MALTA

THE SUNDAY TIMES OF MALTA b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ protesta li saret ilbieraħ minn residenti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan minħabba l-ammont qawwi ta’ żvilupp li qed isir f’dawn iz-zoni.

Rapport ta’ dan il-ġurnal jgħid li l-pulizija qed jinvestigaw dikjarazzjoni mill-ex chief of staff Keith Schembri, li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tal-Artijiet, James Piscopo, ħeba 600,000 ewro f’kont offshore f’bank barra minn Malta.

The Sunday Times b’rapport li jgħid li l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jinsab kunfidenti li Malta mhux se titpoġġa fuq il-lista s-sewda tal-ħasil ta’ flus.

 

IT-TORĊA

IT-TORĊA b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem ta’ presepju tipikament Naplitan u wieħed mill-pasturi hu l-Arċisqof Charles J Scicluna.

Rapport dan il-ġurnal bi storja ta’ żagħżugħ ta’ 20 sena minn pajjiż terz li kien qed jgħix m’ommu u s-sieħeb tagħha li hu Malti. Iż-żagħżugħ xtara baskett roża u libsu u minn dakinhar jidher li s-sieħeb t’ommu m’aċċettahx u xtralu biljett biex imur lura pajjiżu.

It-Torċa b’rapport li hekk kif ġimgħatejn ilu l-ġurnal ippubblika stroja dwar kif persuni b’diżabbilita’ f’Malta qegħdin jaħdmu imma qed jitħallsu paga inqas minn sħabhom, il-Ministeru tkellem mal-Kummissarju u ħeġġeġ li diskriminazzjoni bħal din tkun rappurtata.

 

IL-MUMENT

IL-MUMENT b’ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ma’ Louis Galea bil-ġurnal jgħid li f’laqgħa mal-kandidati l-ġodda tal-Partit Nazzjonalista, Dr Grech appella lill-kandidati biex mhux biss juru, iżda wkoll jieħdu azzjoni li l-Partit Nazzjonalista hu wieħed differenti li lest li jisma’ u jgħin.

Rapport ieħor ta’ dan il-ġurnal jgħid li l-bord ta’ inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mhux se jilħaq jisma’ x-xhieda kollha mistieqa. Il-ġurnal jgħid li l-Prim Ministru Robert Abela qed iwebbes rasu u ma jħalliex lill-bord jisma’ x-xhieda kollha.

Il-Mument b’rapport li jgħid li għall-Partit Nazzjonalista l-ħatra ta’ Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali hi ta’ ħsara kbira għar-reputazzjoni ta’ Malta.

 

MALTATODAY

MALTATODAY b’rapport li waħda mill-ikbar kumpaniji fil-qasam tal-farmaċewtika, il-kumpanija Svizzera Novartis, akkużat lill-Gvern Malti li kiser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea fuq kif jingħataw il-mediċini.

Rapport ieħor tal-Maltatoday jgħid li waqt li iżjed minn 71 fil-mija tat-tobba tal-familja bi ħsiebhom jieħdu t-tilċima kontra l-Coronavirus, huma biss 30 fil-mija tal-istudenti li qed jitħarrġu biex isiru tobba li biħsiebhom jeħduha.

 

KULLĦADD

KULLĦADD b’rapport li jgħid li statistika uffiċjali tgiddeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech meta jgħid li tmien snin ilu inqas ħaddiema Għawdxin kien ikollhom jaqsmu l-fliegu biex isibu jaħdmu.

Rapport ta’ dan il-ġurnal dwar il-ħidma tad-Dwana Maltija bil-ġurnal jgħid li fi ftit aktar minn tliet snin, id-Dwana rnexxielha tinterċetta l-akbar konsenji ta’ drogi intenzjonati biex jinbiegħu lokalment jew fi triqithom għal pajjiżi oħra. Mill-2017 inqabdu b’179 miljun ewro droga.

 

THE MALTA INDEPENDENT ON SUNDAY

THE MALTA INDEPENDENT ON SUNDAY b’rapport li l-Universita’ Amerikana ta’ Malta rreġistrat iżjed minn ħdax-il miljun ewro f’telf fi żmien sentejn. Il-ġurnal jgħid li l-Universita’ Amerikana ta’ Malta ma qalitx kemm hemm studenti jattendu l-korsijiet.

Rapport ieħor ta’ dan il-ġurnal jikkwota lill-Kummissarju għall-Istandards, Dr George Hyzler, jgħid li l-Awtorita’ tal-Ippjanar naqset milli tieħu passi effettivi biex twaqqaf l-abbużminn qraba ta’ Ministru.

 

ILLUM

ILLUM b’rapport li uffiċjali tal-Banda Stella Maris se jappellaw mid-deċiżjoni tal-Prim Imħallef li lbieraħ iddikjara emenda li daħħal il-Gvern preżenti fl-2018 u li salvatilhom il-każin, bħala emenda li tmur kontra l-kostituzzjoni. Huma fakkru li ċ-ċens jagħlaq sitt snin oħra.

Bid-dettalji fil-paġni ta’ ġewwa, hemm rapporti li l-kamra tan-negozju żgħar qalet li kien hemm spinta tajba fin-negozju nhar il-Kunċizzjoni; rapport li ż-żgħażagħ, l-Għawdxin u l-ħaddiema huma l-iktar bibien li jrid iħabbat Bernard Grech jekk irid jiċċaqlaq fl-istħarriġ, u opinjonijet differenti fuq l-ewtanażja.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Lokali
Consolidated Biscuit u Techniplast b’investiment biex itejbu l-operat tagħhom
Lokali
Il-kelba Daisy li tgħin tifel dijabetiku – tinduna meta z-zokkor jinżillu jew jitlagħlu ħafna
Politika
L-ADPD b’azzjoni legali biex tkun indirizzata d-diskriminazzjoni fis-sistema elettorali
Lokali
Brian Tonna qal li l-Awditur Ġenerali ma sab xejn ħażin fl-involviment tiegħu fil-kumitat tal-Enemalta
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
20/04/2021
Saħħa
Union tordna lill-ħaddiema ma jibdlux il-ħrieqi tal-anzjani
Kostruzzjoni
ARA: Ikisser il-faċċata u jwaqqa’ l-knatan fit-triq
Barranin
F’Ohio pulizija jispara u joqtol tifla
Lokali
Persuni 40+ jistgħu jirreġistraw għat-tilqima mill-Ġimgħa
Lokali
Aktar atti vandali minn persuni kontra l-għoti tal-vaċċin
Consolidated Biscuit u Techniplast b’investiment biex itejbu l-operat tagħhom
Il-kelba Daisy li tgħin tifel dijabetiku – tinduna meta z-zokkor jinżillu jew jitlagħlu ħafna
Mill-1 ta’ Ġunju trasport dirett għall-passiġġieri mill-Port tal-Imġarr u l-Port il-Kbir
Mit-Tnejn li ġej jiftħu aktar ħwienet li joffru servizzi mhux essenzjali
FILMAT: irreġistrati l-ewwel 3 każijiet tal-varjant tal-Brażil f’Malta
Persuni 40+ jistgħu jirreġistraw għat-tilqima mill-Ġimgħa
Il-PN jipproponi ttestjar b’xejn lit-turisti u VAT ta’ 7% lill-bars u r-ristoranti bħall-akkomodazzjoni
FILMAT: Andrea Agnelli jgħid li s-Super League ma jistax ikompli għaddej
Il-Koħħu jgħid li jħoss li ġie tradut mill-aħwa Degiorgio
Minn sidien ta’ kumpaniji sa inġiniera wara li ggradwaw mill-MCAST
“Ħadt overdose ta’ pilloli u dħalt Monte Carmeli… illum fiqt u rrid nagħti kuraġġ”
Jinżamm arrestat wara li talab il-flus bl-iskuża li waqfitlu l-karozza
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • Eurovision