Skip to content
tvm.com.mt
Popolin Feedback Form
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
Upload
Photo/Video
  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021
PROGRAMMI
Comedy Diskussjoni Divertiment Dokumentarji Drama Edukazzjoni Ġrajjiet Kurrenti Informazzjoni Kultura Lifestyle Mużika Oħrajn Prime Time Programmi tat-tfal Saħħa Soċio-Reliġjużi Sports Teknoloġija Varjetà
RIĊENTI
LIVE
  • TVM
  • TVM2
  • Magic Malta
  • Radju Malta
  • Radju Malta 2
tvm.com.mt
Upload
Photo/Video
It-Temp Illum
Min
12°
Max
17°
Ġurnali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-gazzetti tal-lum
Imtella' Diċembru 31, 2020
Rapport: Fiorella Pace

IN-NAZZJON

IN-NAZZJON b’ritratt ta’ Dr Jeffrey Pullicino Orlando bil-ġurnal jgħid li l-Partit Laburista ma jridx li Pullicino Orlando jieħu post Edward Scicluna. Il-ġurnal jgħid li sorsi qrib il-Partit Laburista qalu li l-ewwel użaw lil Pullicino Orlando u issa jridu jarmuh.

Rapport tan-Nazzjon jikkwota lill-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaċ-ċittadinanza, Karol Aquilina, li qal li d-deċiżjoni tal-Gvern li jbiddel l-avviż legali li ġie ippubblikat ftit jiem qabel il-Milied dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza, hi deċiżjoni li ittieħdet mill-Gvern minħabba li nqabad jaħbi. Qal li minkejja dan, il-Gvern xorta se jibqa’ jżomm sigriet l-ismijiet ta’ dawk li jkunu xtraw iċ-ċittadinanza Maltija.

 

THE TIMES

THE TIMES b’ritratt tal-kju twil ta’ karozzi li nġabru lbieraħ biex jitilgħu lejn Għawdex. Il-ġurnal jgħid li dan juri li l-każi tal-coronavirus se jkunu qed jiżdiedu fil-ġranet li ġejjin.

Rapport tat-Times bid-dettalji tal-każi tal-varjant tal-coronavirus li nstabu f’Malta. Il-ġurnal jgħid li nstabu tliet każi ta’ dan il-varjant f’Malta. Tnejn minnhom waslu mir-Renju Unit, waqt li t-tielet każ għadu qed jiġi investigat.

Il-ġurnal b’rapport li jgħid li sorsi qrib il-Partit Laburista qalu li huma mħassba dwar iż-żewġ kandidati li huma eleġibbli li jieħdu post l-ex Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna bħala membri parlamentari. Fost dawk li huma eleġibbli għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Scicluna hemm l-ex sindku tar-Rabat Charles Azzopardi u l-ex membru parlamentari Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando.

 

L-ORIZZONT

L-ORIZZONT b’intervista maċ-Charge Nurse tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi Carol Ann Delia li qalet li l-ħidma ta’ din l-aġenzija fil-ġlieda kontra l-pandemija ħalliet il-frott hekk kfi bħalissa m’hemm l-ebda każ pożittiv għall-virus fil-ħabs.

Rapport ieħor tal-Orizzont bid-dettalji li f’Malta nstabu l-ewwel tliet każi tal-varjant il-ġdid tal-Covid 19. Dawn huma żewġ barranin li kienu ġew mill-Ingilterra, u Maltija ta’ 75 sena. Dawn il-każi ġew iżolati u jinsabu fi kwarantina.

 

THE MALTA INDEPENDENT

THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt fil-paġna ta’ quddiem tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li tagħti kull ġimgħa. Ilbieraħ tħabbar li f’Malta nstabu tliet każi tal-varjant tal-coronavirus. Il-professur Gauci qalet li dawk kollha li waslu mir-Renu Unit mit-tlettax ta’ Diċembru ntalbu jerġgħu jagħmlu t-test minħabba li dan il-varjant infirex sew fir-Renju Unit.

Rapport tal-Independent jikkwota lill-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, Joe Muscat, jgħid li waqt li t-talba għall-akkomodazzjoni f’Għawdex minn Maltin kienet għolja waqt il-perjodu tal-festi, l-effetti ekonomiċi tal-coronavirus għadhom qed jinħassu.

 

Share
Aħbarijiet Oħra
Lokali akkomodazzjoni soċjali.
Min qed japplika għall-housing soċjali?
Lokali Air Malta
L-Air Malta ħallset €22 miljun f’rifużjoni għal titjiriet ikkanċellati bil-pandemija
Lokali Immigrazzjoni protesta
Sejħa għal sigurtà nazzjonali aħjar waqt protesta dwar l-immigrazzjoni
Lokali Qorti
Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia tirrikuża ruħha milli tisma’ l-kumpilazzjoni tal-provi kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio
Aktar
L-Aħbarijiet tat-20:00
22/02/2021
Lokali ikel
Tiħux dan il-prodott
Kronaka
Min huma t-tliet suspettati li x’aktarx fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia?
Kronaka
Pulizija jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku
COVID-19
Żewġ persuni inkluż mara ta’ 30 sena jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19
Lokali proklama Vince Muscat
ARA: Ippubblikata l-proklama li ngħatat lil Vince Muscat
Min qed japplika għall-housing soċjali?
L-Air Malta ħallset €22 miljun f’rifużjoni għal titjiriet ikkanċellati bil-pandemija
Sidien ta’ ħwienet tax-xorb se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kważi €3,500 f’pagament ta’ darba
Grupp ieħor ta’ immigranti rilokati lejn il-Ġermanja
Aktar minn elf u sitt mitt persuna f’Malta għandhom xi tip ta’ diżordni marbuta mal-konsum tal-ikel
Illiberalizzat is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex
Iż-żgħażagħ Maltin fost l-iktar żgħażagħ maħkuma mill-midja soċjali
258 każ ġdid ta’ Covid-19, 182 oħra mfejqa
Tista’ tipparkja quddiem garaxx?
ARA: Ir-Reġina tappella biex in-nies jaħsbu f’xulxin u jieħdu t-tilqima
L-ewwel xahrejn tas-sena xotti – bdiewa jappellaw għal għajnuna biex jaħżnu l-ilma
L-enerġija – il-proġetti u l-proposti diskussi llejla f’Xtra
Home Agħmel Kuntatt Magħna Dati Importanti
Privatezza Termini tal-użu

Fittex bi frażi

  • Aħbarijiet
    • Lokali
    • Barranin
    • Ekonomija
    • Unjoni Ewropea
    • Waqt il-Kafé
    • Djarju 24/7
    • Temp
    • Back
  • COVID-19
  • Sport
    • Futbol lokali
    • Futbol internazzjonali
    • Sport Lokali
    • Sport Internazzjonali
    • Waterpolo
    • Motorsport
    • TOKYO 2020
    • Back
  • TVMi
  • Radju
  • Skeda
  • Popolin
  • PSI2021